Francesco Borg – Page 7 – One News

Francesco Borg

Notifiki

Sezzjoni ta’ taħriġ dwar it-traffikar uman

Fl-Università antika fil-Belt ittellgħet sessjoni ta’ taħriġ dwar it-traffikar uman għall-membri tal-Girl Guides, bħala parti mill-inizjattivi tal-kampanja ‘Uman bħalek’.

It-taħriġ iffoka fuq forom differenti ta’ traffikar uman u fuq is-sinjali li juru persuni li jkunu sfaw vittmi ta’ dan ir-reat.

Aqra aktar

Tibda l-mixja li tfakkar l-għarfien tad-dimensja


Fil-Belt Valletta, bdiet il-mixja li tfakkar l-għarfien tad-dimensja. Din il-mixja timxi id f’ Id ma mixjiet oħra madwar id-dinja fejn ifakkru din il-marda kifra ħafna li ghaliha m’hawnx fejqan.

Ix-xahar ta’ Settembru huwa magħruf għall-aktar kuxjenza dwar id-dimensja.

Malta Dementia Society qed tappella lill-poplu sabiex jekk qed jiffaċċjaw problemi relatati ma’ din il-kundizzjoni jċemplu fuq in-numru 1771 fejn isibu nies li jgħinuhom jiffaċċjaw din il-kundizzjoni.

Claudio Marchisio f’pajjiżna f’Ottubru li ġej

L-eks player internazzjonali Taljan u ta’ Juventus Claudio Marchisio se jkun Malta biex jiltaqa’ mal-eluf ta’ partitarji Juventini Maltin. Marchisio se jinġieb Malta mill-Club ta’ Juventus Cuore Bianconero u segawċi tiegħu jistgħu jiltaqgħu miegħu bejn il-11 u t-13 t’Ottubru, f’sensiela ta’ attivitajiet li se jiġu organizzati mill-Club. Aqra aktar

Send this to a friend