Etienne St. John

Etienne St. John, jew kif jippronunzjaha hu “Sinjin” (minħabba l-kisra Ingliża tal-kunjom ta’ oriġini Franċiża: St. Jean) twieled il-Ġimgħa 13, fix-xahar tal-mejtin u fis-sena li Malta ħadet l-Indipendenza. Ommu (li kienet SRN) u missieru (li kien uffiċjal u fotografu mal-RAF) ma xejrux il-bnadar tal-Indipendenza, imma xejjru n-nappies li minn dakinhar imtlew bihom. Imma swiet bħala prattika għaż-żewġ subien l-oħra li ġew warajh. Hemm min jibża mit-13 speċjalment meta taqa’ nhar ta’ Ġimgħa. Għal Etienne il-ġurnata m’hi tal-biża xejn, għax twieled hu. Għal ta’ madwaru, ma jafx jekk hix tal-biża jew le. Studja l-Kulleġġ ta’ Santu Wistin, imma għadu irid jaqra l-kitbiet kollha ta’ dan il-qaddis. Xi darba jrid jasal biex jaqrahom. L-ewwel xogħol tiegħu kien f’bank ewlieni. Mhux dak li nbiegħ lill-barrani għal ċuċata, l-ieħor. Imma xewqtu minn dejjem kienet li jaħdem fil-qasam ġurnalistiku. Propjament bħala photo-journalist. Beda l-karriera ġurnalistika ma’ stazzjon tar-radju privat u wara ngħaqad ma’ ONE u flimkien ma’ oħrajn beda l-kamra tal-aħbarijiet tat-televixin. Huwa attur u ħadem f’diversi partijiet kemm fuq l-iscrin il-kbir, l-iskrin iż-żgħir u llum il-ġurnata fuq l-iskrins tal-mowbajls u l-ajpeds. Ukoll fuq palkijiet ewlenin, fosthom it-Teatru Manoel, imma ħadem ukoll fuq palkijiet tas-sala tal-kappillan. Iħobb is-safar, dilettant tal-fotografija u wkoll iħobb ipoġġi ħsibijietu f’kitba u jħobb jaqra. Iffissat fuq il-gym, u għalhekk mhux l-ewwel darba li jintasab iħares lejn ritratti ta’ xi gym, hu u jiekol xi burger biċ-ċips. Forsi minħabba d-dixxendenza Ingliża, jħobb ħafna s-sens ta’ umoriżmu, għalkemm jaħseb li f’pajjiżna għad baqalna ftit x’naqdfu biex ma nieħdux kollox bis-serjeta’, ma nibqgħux nieħdu għalina dashekk malajr u nsiru nafu nidhku aktar bl-affarijiet li jiġru madwarna.

Il-Ħalowijn ta’ Sajmin

Ma kellix aptit. Kelli aptit ġurnata fil-kwiet, wara ġimgħa iesba. Imma kif jgħid il-Malti, l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Ta’ lanqas hekk kont nismagħha tgħid lil nannti Alla jaħfirla u jagħtiha l-glorja tal-ġenna. U Alla jħares mhux qegħdha l-ġenna, tgawdi l-eternità, bil-flus li ħalliet biex isiru quddies għal ruħha. Kos hux? Nitħassar lil dawk li ma jħallux flus għat-talb ta’ ruħhom, għax imsieken kollha jinħarqu qegħdin.

Qomt mgħattan. Mhux wara lejl Paċevil ta! Dak ilu żmien li nqata’ mill-kalendarju tiegħi issa. Kelli ġimgħa bla nifs, mis-Sibt filgħodu bdejt inħoss qisu tagħrix, lanqas ħaqq il-larinġ li nagħsar u nixrob kuljum u moħħi kien mifqugħ bi ftit ħsibijiet u deċiżjonijiet li rrid nieħu ma ndumx. Hemm int, mgħattan.

Aqra aktar

Simon Potter and the Ċu Ċu Train

Mela ħmistax ilu jekk tiftakru, kont se nipprova nnaddaf il-garaxx, li jinsab żewġ bibien biss ‘l bogħod mill-bieb ta’ Ċensina, dik li toqgħod faċċatta tiegħi, żewġ bibien ‘l isfel. Imma kelli l-intervent tas-soltu mingħand Ċensina, li wkoll sabitni fuq il-misħut mowbajl! Allura llum wara l-ikel, ipprovajt nerġa nidħol għat-tindifa tal-garaxx. U hemm kont, bil-bieb tal-garaxx magħluq (ħalli niffranka li tarani Ċensina hux!) u ħlift li l-mowbajl ‘qas jekk iċempilli Angelina Jolie, ma kont se nirrispondieh. Insomma, nsomma dik ngħidilha “Hello” ħeqq! Niżżilt miegħi mid-dar żewġ tubi minn dawk li jiċċarġjaw bl-elettriku, billi kont qtajt il-provista meta l-kont kien jiġi esaġerat fi żmien il-pee enne. U nsomma biex ma ntawwalx, bħaz-zija ta’ missieri, li biex tgħidlek li ħadet bajda mgħollija, kienet tibda r-rakkont minn meta t-tiġieġa kienet għadha fellus, Alla jaħfrilha u jagħtiha l-glorja tal-ġenna, bdejt ingerfex fl-imbarazz. Anyway.

U ntlift waħdi fid-dawl tat-tubu, qalb l-imbarazz li rnexxieli nġemma tul is-snin.

“Ma nafx x’il-madoffi erfajtha nagħmel din!”, bdejt ngħid bejni u bejn ruħi, jien u naqla l-affarijiet. Lanqas leħqu għaddew għoxrin minuta. Donni smajt karba ġejja mill-bogħod. Ajma Madonna! Waqaft, kif kont, qisu kif jieqaf kelb b’rasu mġebbda u b’widnejh ippuntati ‘l fuq, meta jisma’ ħoss.

Aqra aktar

Bżieżaq ħodor

Kultant trid tarmi l-imbarazz. Mhux imbarazz politiku ta! Minn dak naħseb lanqas Wasteserv sħiħ ma jservi. Kont ilni ngħid żmien li kien jeħtieġli nnaddaf waħda sew il-garaxx. Ma nafx kemm hawn min hu bħali, imma jien wieħed minn dawk li ma narmi xejn.

Il-proverbju Malti li jgħid ‘erfa’ u sorr għal meta tiġi fil-bżonn’, pinġut għalija! Imma ħej, wasalt fl-istat li jekk ma nagħmilx passaġġ għall-karozza, jkolli nraqqadha barra. U ma rridtx. Għalhekk is-Sibt filgħodu ddeċidejt li nagħmel nofs ta’ nhar nilgħab mal-imbarazz. Anki jekk il-ġurnata ta’ qabel domt naqra ma’ dħalt id-dar u qomt qisni għadda trakk minn fuqi! Imma la daħħaltha f’rasi…
Aqra aktar

Id-dwejjaq ta’ Sajmin

Bħali taqraw il-ġurnali intom hux. Issa forsi ma taqrawhomx kollha kuljum, minn tarf sa’ tarf, bħal ma nagħmel jien, imma xi ħaġa taqraw. U xejn xejn jekk ma taqrawhomx kollha qed tiffrankaw il-pilloli tat-taqlieħ fl-istonku. Forsi tarawhom onlajn. Anyway. Sajmin tal-klassi elite ilu joħroġ bil-gaffs u jħallat il-ħass. Bejn ħass ikkabuċċjat u ħass lollo rosso ta! X’kull waħda! Kemm il-marelli jiġri moħħkom!

Dejjem skont Sajmin, il-poplu Malti mdejjaq. Ma nafx kif żeffen il-baġit mad-dwejjaq li qal li qed iħossu l-Maltin u l-Għawdxin. Issa n-nies li jkunu mdejjqa sa’ fejn naf jien, jingħalqu ġewwa u joqgħodu jħabbtu rashom mal-pali t’idejhom. Jew joqgħodu bil-qegħdha u jissajminjaw (Dizzjunarju Sinġin-Malti jis-saj-min-jaw verb: tissajminja. Tiċċassa bla ma tgħid xejn ta’ sustanza; per eż. Wara li t-tielet aġenzija internazzjonali għolliet il-credit rating ta’ Malta, Ċikku beda jissajminja lejn l-inkwadru ta’ Sant’Antnin u jlaqlaq talb biex isiblu r-raġuni).

Nies imdejjqa ma’ jmorrux bi ħġarhom ir-Rockorkestra. Nies imdejjqa ma’ jmorrux jieklu barra. Allura ma nafx minn fejn il-mniegħel ħarġet l-istatistika li f’dawn l-aħħar snin żdiedu n-nies li jmorru jieklu barra. Anki l-istatistika kontra Sajmin. Imbasta jkun hawn min ipeċlaq li l-Maltin u l-Għawdxin imdejjqin. U le!

Kont qiegħed mitfuh fuq is-sufan mitluq, naħseb u nħares lejn is-saqaf.

Aqra aktar

Sajminitis u naqra Majkilcocculus ukoll

Assolutament ma bdejtx inħossni f’tiegħi. Dardir fl-istonku u biex tgħaxxaq bdejt inħossu mqalleb ukoll. Fawra kbira. Moħħi bdejt inħossu stordut. Paċenzja xejn, li lanqas kieku kellu jiġi Ġob u jeħodli posti, ma kien isib irkaptu u kien ikollhom jiktbu l-istorja tiegħu mill-ġdid. Għaraq ixoqq għalija u naħseb kelli ħabel deni wkoll. Bdejt nippassiġġa mal-kuridur tad-dar, ma nafx x’se naqbad nagħmel bija nnifsi. U aktar ma nipassiġġa, aktar bdejt inħoss is-sintomi kollha t’hawn fuq.

Aqra aktar

Positive. Umbagħad hemm Sajmin.

Positive ħi!”

Jien, Manwel u l-bqija tal-kju li konna għand Peppi, ħarisna ‘l barra. Issa bid-dawl kontrina, ma stajniex naraw sew il-wiċċ, imma ħarsa waħda u jien u Manwel tajna daqqa t’għajn lil xulxin. Mill-forma tagħha w minn leħinha, kienet hi. Ċensina ta’ faċċata tiegħi żewġ bibien ‘l isfel.

Hemm timblokka l-bieb kien hemm il-forma tagħha. Qisha l-vara ta’ Santa Marija, b’idejha waħda mtella’ ‘l fuq kemm kemm iktar għolja minn rasha u l-oħra mtella’ wkoll imma kemm kemm aktar ‘l isfel. Forma ta’ Ċensina qisha ħierġa minn ġo dija ta’ dawl abjad.

Jien u Manwel raddejna s-salib f’qalbna. Positive. Ma jistax ikun! Jaqaw Ċensina ħabtet rasha mal-kantuniera tal-komodina, hi u titqalleb fuq is-sodda dal-lejl, jew? Bħal ma donnhom ħabtu rashom xi wħud, li inthom għeżież qarrejja, tafuhom sew? U li jiffurmaw dik li suppost hija l-oppożizzjoni kostruttiva u possibilment, imma remotament, il-gvern ta’ għada?

Aqra aktar

Sajmin ta’ Ħawwadni

Emnuni kultant naqra u nisma’ ċertu affarijiet, niġi bejn ħaltejn. Nidħak jew nibki bikja bħal dawk tat-trabi meta ma tkunx taf x’il-marelli laqathom? Ma nafx. Ninsab imħawwad għall-aħħar, biex ma nużax espressjoni oħra Maltija. U mhux jien biss ma nafx tafux, imma anki l-imbierka Ċensina ta’ faċċata tiegħi żewġ bibien ‘l isfel!

Aqra aktar

Sajmin ta’ Alice

Kif dejjem ngħid, il-kwiet inħobbu wisq! U hekk kont, fil-kwiet u relax. Għax anki aħna kellna l-buzz words tagħna fi zmienna. Relax. Illum għandhom tagħhom hux, chillax u brow u x’naf jien. Anki meta konna mmorru Paceville, konna nafu nieħdu gost. Tiġini f’moħħi dik il-kanzunetta, ma nafx x’jisimha propja, tal-grupp Smokie. Niftakar li f’ħin minnhom waqt id-diska, id-DJ kien ibaxxi s-sound u ħalli d-dancefloor kollha tgħajjat: “Alice, Alice, who the fakk is-Alice”. Konna mqarbin ukoll.

Jien u nikteb bdew ġejjin il-memorji u tbissimt kemm kemm. Intfajt naqra lura fis-siġġu w tfajt il-pali t’idi wara rasi, biex nagħti ħarsa lejn dak li kont għadni kif ktibt. Tajjeb.

F’daqqa waħda, ir-relax kollu li kont fih ittieħed mingħandi b’ħoss li dewa mad-dar kollha. Ding dong! Ding dong, ding dong! U l-aħbeċ! Aktar ma kont ridt ftit ħin fil-kwiet biex nibgħat din lil Janice tal-Wan! U min il-marelli ġie? Mela dan ħin, wara l-ikla tal-Ħadd jew? U x’għaġġla! Ding dong, ding dong!

Aqra aktar

Togħma ħażina u qrusa

Ma kienux kannoli li vvintajt! Spiċċajt b’tlett kannoli sħan, bl-irkotta u lewż jiġru mal-kaxxa bajda li tal-ħanut għamilhomli fihom u naħseb anki riħa ta’ qrusa bdiet ħierġa minnhom. Imma x’il-maduma trid tagħmel! Mea culpa, mea cupla mea grandissima culpa.

Insomma naħseb il-qrusa tal-kannoli kienet qed tikkumplimenta l-qrusa li hawn bħalissa fil-pajjiż. Minn settur partikolari. Għax fuq l-aħbeċ qrusa konna qegħdin nitkellmu, jiena bil-kaxxa tal-kannoli f’idi, Manuel u Karmena ta’ quddiem il-Knisja. Imma ħa nibda mill-bidu.

Aqra aktar

Of sausages and gravy!

“Imbasta ferfer iz-zalzetta fuq it-television, xkanawħ ‘l barra.. ħaħ ħaħ ħaj!”

Stenna ħalli ndaħħalkom ftit fix-xena. Mela kont għall-kwiet id-dar. Jien bniedem inħobb ħafna l-kwiet. Sakemm ma nsibx ruħhi bejn Ċensina ta’ faċċata tiegħi u qoxritha! Il-kwiet inkiser f’daqqa. Taf int tisma’ ħoss ġej mill-bogħod umbgħad tieqaf ftit minn dak li tkun qed tagħmel, tkemmex moħħok u twaqqaf widnejk biex tikkonċentra ħalli tara x’ikun qed jiġri. Leħinha ma tistax titfixklu hux. Ċensina kienet f’nofs argument. Ħriġt fil-kamra ta’ barra u ttawwalt minn bejn il-venetian blinds.Aqra aktar