Eman Portelli – Page 8 – One News

Eman Portelli

Notifiki

Persuna l-isptar wara li ttajret fil-Marsa

Illejla għal ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija, persuna ġarrbet xi ġrieħi wara li ttajret fil-Marsa.

L-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro l-Marsa.

Fuq il-post marru l-Pulizija u ambulanza li ħadet lill-persuna l-isptar Mater Dei.

AĠĠORNAT: It-tabib tal-familja Dr. David Sciberras irrappurtat nieqes

David Sciberras ta’ 56 sena ġie rrappurtat nieqes lill-pulizija s-Sibt. Minn informazzjoni li għandu ONE News jidher li r-raġel huwa tabib tal-familja, li jpoġġi l-Mosta.

Sciberras deher l-aħħar nhar il-Ġimgħa 18 t’Ottubru għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu meta ħareġ mir-residenza tiegħu biex imur lejn il-Mosta.

Huwa kien qed juża vettura griża tal-għamla Mitsubishi Colt, filwaqt li kien liebes flokk blu, bl-abjad u bl-iswed, qalziet blu u żarbun iswed.

Il-pulizija qed tappella li kull min għandu xi informazzjoni dwar Sciberras, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke` b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Il-Ministru Justyne Caruana b’diversi impenji f’Palermo

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana kienet waħda mill-mistednin speċjali fis-sitt konferenza internazzjonali organizzata minn Greening the Islands. Waqt din il-konferenza l-Ministru kienet parti minn panel ta’ esperti li tkellmu fuq strateġiji u inizjattivi ambjentali marbuta mal-gżejjer fil-Mediterran u l-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

It-tradizzjoni tal-Malta Day: 18-il-ambaxxata Maltija madwar id-dinja jiċċelebraw dak li kiseb pajjiżna

Matul is-snin, il-missjonijiet diplomatiċi Maltin madwar id-dinja żviluppaw tradizzjoni li ssir, fil-pajjiżi rispettivi, ċelebrazzjoni li saret magħrufa bħala Malta Day. Malta Day din is-sena ġiet organizzata fi 18-il Missjoni Maltija barra l-pajjiż, fix-xhur ta’ bejn Settembru u Ottubru. Il-Missjonijiet Maltin barra minn xtutna jinkludu l-Palestina, Geneva, Italja, Irlanda, Spanja, Tuneżija, Iżrael, Repubblika tat-Turkija, Renju Unit, Indja, Beijing Ċina, Washington DC, Awstralja, Polonja, Strasburgu, l-Olanda, Moska, Greċja, Kuwait, New York. Għal din l-okkażjoni l-ambaxxati jistiednu sieħba importanti minn diversi oqsma li jkunu kkollaboraw magħhom matul l-aħħar sena.Aqra aktar

Send this to a friend