Eman Portelli | One News - Part 7

Eman Portelli

Notifiki

Agħti merħba lill-2019 ma’ Jonas Blue f’Għawdex illejla

Illejla, id-DJ popolari Inġliż Jonas Blue se jkun parti milli-ispettaklu li se jsellem l-2018 u jagħti merbħa lis-sena l-ġdida fi Pjazza Indipendenza f’Għawdex.

Fl-aħħar snin Jonas Blue ħareġ bosta singles li wassluh sal-quċċata tax-xena mużikali internazzjonali. Fost dawn Fast Car, Perfect Strangers, Mama u Rise, l-aħħar suċċess tiegħu għal din is-sena. Is-sena li għaddiet huwa kien ukoll f’pajjiżna biex jieħu sehem fil-Malta Music Week.Aqra aktar

280 tifel u tifla f’avventura madwar Malta

Għexieren ta’ sewwieqa ta’ taxis ddedikaw il-jum għat-tfal li jgħixu fid-djar għat-tfal. Madwar 280 tifel u tifla qattgħu l-ġurnata jiddevertu minn attività għal oħra li tħejjew għalihom mis-sewwieqa tat-taxis bejn it-08:00 u t-20:00.

Wara li nġabru mid-djar, it-tfal ħadu kolazzjoni fiċ-ċentru Nazzjonali tax-Xjenza Interattivia Esplora u wara daru mal-madwar 200 esebit li hemm f’dan iċ-ċentru li jixprunaw interess akbar f’suġġetti xjentifiċi.

John Cauchi, wieħed mill-imħuħ wara din l-attività qal li x-xufiera jħossu għafsa ta’ qabel x’ħin jasal il-ħin biex iwassluhom lura lejn id-djar tagħhom:

“It-tfal lanqas tkun tista’ titlaqhom tant kemm jieħdu pjaċir u inti magħhom, li kif tarahom sejrin dawn ħlewwa ta’ qalb taqbdek kull sena u huma kull sena jarfuna u aħna nagħrfu lillhom, veru jieħdu pjaċir ħafna t-tfal.”

Ix-xufiera tat-taxis ilhom jorganizzaw din attività li saret bħal tradizzjoni għas-sewwieqa tat-taxis għal dawn l-aħħar sebgħa u tletin sena kif qalilna Anthony Galea:

“Jien ilni 37 sena nagħmilha, bl-għajnuna ta’ sħabi wkoll. It-tfal noħorġuhom kull sena jieħdu pjaċir. Issa f’dawn l-aħħar erba’ snin komplew sħabi fejn li ħallejt jien, xtaqu jkomplu u jekk il-bambin irid inkomplu nagħmluha għax jien jieħdu pjaċir it-tfal u magħhom nieħdu pjaċir aħna.”

Attivitajiet bħal dawn ifissru ħafna għal dawn it-tfal, hekk qalet ma’ ONE News, Sister Paula Schembri:

“Huwa avveniment speċjali ħafna għalihom għax jagħmlu ġurnata jduru bil-white taxis, għalihom hija xi ħaġa speċjali. avolja jkollna aktar attivitajiet, din hija l-aktar attività li huma jieħdu gost. aparti minn hekk din tkun ġurnata sorpriza, jiġifieri ma nkunux nafu fejn sejrin u dak l-element ta’ sorpriża lit-tfal jogħġobnhom ħafna.”

Intant din l-attività sfrattat għal xi ħin wara li erba’ vetturi tat-taxis kienu involuti f’ħabta fil-Marsa. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u l-attività kompliet għaddejja f’kumpless f’Baħar iċ-Ċagħaq u aktar tard b’festin tal-Milied fil-hanger tal-Lufthansa Technik.

ARA: “Il-valur tal-ħajja huwa l-fulkru ta’ ħajjitna”- l-Arċisqof Scicluna

Il-kultura tal-Maltin u l-Għawdxin hija bbażata fuq il-valur tal-ħajja, kemm dawk ċkejknin kif ukoll tal-anzjani fis-soċjetà. Dan kien il-messaġġ ta’ Jum il-Milied tal-Arċisqof ta’ Malta, Mons Charles Scicluna.

L-Arċisqof Scicluna awgura l-poplu ikompli jgħożż d-don tal-ħajja, dik li tibda mit-tnissil u li tikber fil-ġuf tal-omm. Żied jgħid li l-bniedem m’għandhux iħares biss lejn il-ħajja matul is-snin.Aqra aktar

“Ninsab tikka nervuż!”- it-tifel li se jagħmel il-prietka f’Ħal Luqa

Tradizzjoni li tmur lura ħafna żmien, f’Jum il-Milied hija l-priedka tal-Milied – fejn ta’ kull sena tifel jew tifla jitla’ fuq l-artal waqt il-quddiesa li tħabbar it-twelid ta’ Ġesu’ Bambin, dik ta’ nofsillejl.

Noah Cassar, tfajjel ta’ disa’ snin se jkun wieħed minn dawk li f’Jum il-Milied se jxandar il-messaġġ tal-Milied.

Ftit siegħat qabel jagħmel din il-prietka, Noah qal li qed iħossu eċitat u xi ftit nervuż.  It-tfajjel qal li ilu jipprepara għal din il-prietka ‘il fuq minn xahar u li għalih din kienet sorpriża sabiħa. Spjegalna li matul din l-avventura huwa kellu l-għajnuna minn tal-familja, speċjalment minn ommu, u qal li qed iħossu kburi li qed iwassal il-messaġġ veru tal-Milied.

Send this to a friend