Eman Portelli – Page 6 – One News

Eman Portelli

Notifiki

Luke Gambin jilgħab kontra Manchester United

Il-plejer internazzjonali Malti Luke Gambin, l-Erbgħa filgħaxija lagħab kontra t-tim ta’ Manchester United.

Gambin li jilgħab mat-tim ta’ Colchester United lagħbu kontra Manchester United, fejn tilfu bl-iskor ta’ tlieta b’xejn.

Il-plejer internazzjonali Malti daħal jilgħab fit-73 minuta minflok il-plejer Brandon Comley.

ARA: Il-parata annwali tal-Forza Armati ta’ Malta f’Jum ir-Repubblika

Il-Ġimgħa li għadda f’Jum ir-Repubblika, il-Forza Armati ta’ Malta ħadu sehem fil-parata annwali fil-Belt Valletta.

Il-parata bdiet minn ħdejn il-bini tal-Parlament sakemm imbagħad imxew tul Triq ir-Reppublika sakemm waslu l-qofol, meta waslu fi Pjazza San Ġorġ. Għal din il-parata kien hemm preżenti l-President ta’ Malta, George Vella u diversi persuni distinti oħra.

Hawn taħt tista’ tara l-aħjar biċċiet ta’ din il-parata.

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri jattendi għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Minisitri tal-Agrikoltura u s-Sajd

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri, waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura u s-Sajd li qegħda titlaqqa’ ġewwa Brussell, saħaq kif Malta qed taqbel u tixpruna proposta sabiex fir-regolamenti l-ġodda, setturi oħra bħal dawk tat-tiġieġ, tal-fniek, tal-majjal, tal-bajd, u dawk tal-laħam ikunu eliġibbli huma wkoll għall-Fondi Ewropej.Aqra aktar

Ikkonfermat il-ħelsien mill-arrest taż-żewġ suldati

Il-Qorti Kriminali kkonfermat is-sentenza tal-ħelsien mill-arrest ta’ Lorin Scicluna u Francesco Fenech, wara li l-prosekuzzjoni talbet lill-Qorti sabiex tirrevoka din id-deċiżjoni.

Iż-żewġ suldati huma akkużati bil-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane f’Ħal Far, f’April li għadda.

Jinsabu akkużati wkoll bl-attentat ta’ qtil ta’ żewġ immigranti oħra.

Aktar kmieni dan ix-xahar, Scicluna u Fenech ingħataw il-ħelsien mill-arrest, fuq depożitu ta’ €30,000 u garanzija personali ta’ €20,000. Barra minn hekk huma jridu jiffirmaw kuljum fl-għassa.

L-Imħallef Edwina Grima qalet li ż-żewġ akkużati qed jobdu l-kundizzjonijiet imposti fuqhom u ma hemmx riskju ta’ tbagħbis fl-evidenza anki għax ix-xhieda prinċipali, xehdet kollha.

Varati l-attivitajiet ta’ ‘Let’s Dance’ f’24 dar tal-anzjani u 26 ċentru ta’ matul il-jum

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis vara l-attivitajiet ta’ ‘Let’s Dance’ f’Dar San Ġużepp il-Fgura, attivitajiet li qed isiru f’24 dar residenzjali għall-anzjani u 26 ċentru ta’ matul il-jum.  Dawn huma attivitajiet fejn permezz ta’ diversi artisti, bħal kantanti, atturi komiċi, u żfin, l-anzjani jingħataw l-allegrija li sservi ta’ ġid kbir għas-saħħa mentali tagħhom.Aqra aktar

Raġel qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Gżira

Raġel ta’ 34 sena minn Bali qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Gżira.

Il-każ seħħ it-Tnejn għal ħabta tad-9:15 ta’ filgħodu fi Triq ir-Rebħa l-Gżira.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru urew kif ir-raġel weġġa’ wara waqa’ xi materjal fuqu.

Fuq il-post mar tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Send this to a friend