Eman Portelli – Page 52 – One News

Eman Portelli

Notifiki

It-tifel ta’ Trump se jiddivorzja

Wara 12-il sena miżżewġin, Donald Trump Jr., it-tifel tal-President Amerikan u l-mara tiegħu se jiddivorzjaw.

Il-familja li ilha miżżewġa min Novembru 2005 qalu li l-5 t’itfal li għandhom se jibqgħu il-prijorità tagħhom.

Jiżdiedu 700 sena oħra fil-istorja ta’ Malta

Riċerka ġdida minn Queen’s University ta’ Belfast sabet li l-ewwel abitanti Maltin waslu 700 sena qabel dak li nsibu fil-kotba tal-istorja.

Dan instab permezz ta’ riċerka fuq ħamrija ta’ żmien il-qedem, li sabet kif l-ewwel nies waslu f’Malta madwar is-sena 5900Q.K.

Fuq analiżi tal-DNA nstab kif l-ewwel abitanti ġew minn partijiet differenti tal-Mediterranan fosthom mill-Afrika. Ir-riċerka sabet ukoll li fis-sena 3850Q.K. saret it-tieni kolonizzazzjoni f’Malta li ġiet minn Sqallija.

Dawn damu f’Malta għal kważi 1,500 sena, minkejja l-elementi ta’ nixfa li għandna f’pajjiżna.

Din ir-riċerka ilha għaddejja mill-1987 mill-Professur Caroline Malone u t-tim tagħha li skvaw aktar minn 220,000 għadma, li jfissru 500 u 800 persuna.

Il-Professur Malone qalet li permezz tal-radiocarbon dating, instab dan l-iżvillupp u permezz ta’ din ir-riċerka sabet episodji ġodda fl-istorja ta’ Malta.

Hija baqgħet mistagħġba kif għexu minkejja l-elementi f’pajjiżna u anke bil-bini tat-tempji megalitiċi, li huma l-eqdem tempji weqfien waħidhom, fid-dinja.

Żagħżugħ ħati ta’ attentat ta’ qtil fuq 93 persuna f’Londra

Żagħżugħ ta’ 18-il sena ħati fuq attentat ta’ qtil ta’ 93 persuna fl-istazzjon ta’ Parsons Green, f’Londra fil-15 ta’ Settmbru li għadda.

Ahmed Hassan weħel sentenza ta’ ħabs bill-bomba bnieha matul l-vaganzi tas-sajf f’kamartu. Il-bomba kienet magħmulha minn triancetone triproxide; bomba vjolenti li tieħu fi ftit sekondi.

Dakinhar tal-attakk, Hassan kellu madwar 400 grama ta’ dan l-isplussiv; 300 grama kienu f’kontenitur filwaqt li l-100 grama l-oħra kienu ġo bott tal-ħġieġ.

Barra min hekk kien hemm skieken u diversi biċċiet tal-ħadid.

Fortunatament, il-bomba ma ħadithx, bil-prosekutur Alison Morgan tgħid li f’dan il-każ ġara miraklu.

The Travellers b’kanzunetta ġdida

 ‘Ikoll Flimkien’ huwa t-titlu tal-kanzunetta l-ġdida tal-grupp Malti The Travellers, li ħierġa fil-jum tat-Tnejn.

Chris Gatt, il-kantant ta’ The Travellers, qalilna li t-tema ewlenija hi l-isfidi tal-ħajja.Aqra aktar

Snapchat jagħmel telf ta’ $1.3 biljun wara kritika dwar tibdil fl-app

Snapchat għamel telf ta’ $1.3 biljun wara li Kylie Jenner, waħda mill-aħwa tal-Kardashians, ikkritikat tibdil ġdid.

Dan it-tibdil li ħareġ il-ġimgħa l-oħra, ġie kkritikat min diversi persuni li jużaw dan is-sit soċjali.

B’konsegwenza ta’ dan it-tibdil, iktar minn 1.2 miljun persuna ffirmaw fuq petizzjoni onlajn, biex dan it-tibdil jitneħħa u jerġa’ jiġi dak li kien hemm qabel.Aqra aktar

Ix-xogħol fuq il-pjazza ta’ Raħal Ġdid għaddej b’ritmu mgħaġġel

Għaddej b’ritmu mgħaġġel il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid, waħda mill-akbar pjazez fin-Nofsinhar ta’ Malta.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li x-xogħol jinsab għaddej ġmielu fuq it-tliet naħat tal-pjazza, li jinkludu dak li qed jissejjaħ il-Green Corridor, iż-żuntier tal-knisja, u l-pjazza prinċipali.

Ix-xogħol ta’ pavimentar jinsab kważi lest bit-triq prinċipali nksiet bil-porfido.

Is-Segretarju Parlamentari, Silvio Parnis qal li dan il-proġett se jkun ċentru kummerċjali fin-naħa tan-nofsinhar ta’ pajjiżna.

Green Corridor huwa kunċett ġdid, fejn qabel kien hemm latrina illi aħna neħħejnieha min hemmhekk u għamilniha wara s-suq. Però l-iskop tiegħu huwa li mill-pjazza tista’ tidħol għal dan il-Green Corridor li twassal għal Ġnien il-Mediterran.

Wara ftehim mal-Knisja, iz-zuntier se jiċkien u parti kbira minnu se tinbidel ukoll f’żona pedonali.

Il-Perit tal-Proġett Christopher Mintoff qal li wara li tlesta ħafna mix-xogħol fil-pjazza li se jkun spazju miftuħ għan-nies, fil-ġimgħat li ġejjien se tintrama l-għamara l-ġdida biex tikkumplimenta dan il-proġett ambizzjuż.

Il-Perit spejega li x-xogħol sar fuq tliet fażijiet, bl-ewwel fażi tkun it-tneħħija tas-siġar li tħawlu fil-parkeġġ taċ-ċimiterju tal-Addolorata.

Ix-xogħol kompla bil-bini ta’ triq ewlenija b’żewġ korsiji bit-traffiku jibda jgħaddi minn fejn il-każin tal-Hibernians.

Il-perit Mintoff qal li l-aħħar fażi tinkludi tisbiħ ħdejn iċ-ċentru tas-saħħa li minn parkeġġ se jinbidel ukoll f’żona pedonali.

Is-Sur Parnis qal li fl-interess tal-komunità kummerċjali, il-pjazza ma saritx kollha żona pedonali.

Dan il-proġett mistenni jkun iffinalizzat f’Lulju li ġej.

Send this to a friend