Eman Portelli | One News - Part 4

Eman Portelli

Notifiki

Malta l-aqwa pajjiż fl-Ewropa – PM

Għal darb’oħra kellna konferma li Malta hija l-aqwa pajjiż fl-Ewropa. U dan x’qed jgħidu l-esperti indipendenti tal-Unjoni Ewropea, li mhumiex mogħmija minn partiġġjaniżmu. Meta raw l-affarijiet kif inhuma, iddeċidew li l-iktar pajjiż li ser imur tajjeb ekonomikament huwa Malta. Dan qalu l-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat meta kien qed jindirizza attivita politika f’San Ġwann.

Il-Prim Ministru sostna li dan il-pajjiż ċkejken bil-bżulija ta’ kull mara u raġel, irnexxielu li joħloq il-ġid u l-ebda pajjiż tal-Ewropa ma jgħaddina. Il-Kummisjoni Ewropea tipprevedi li Malta ser tkompli toħloq aktar xogħol, ser tikber l-ekonomija, ser ikomplu jissaħħu l-pagi u n-nies ser ilaħqu mal-ħajja aktar minn pajjiżi oħra Ewropej. Sostna li biex nipproteġġu dak li għandna u nkomplu inkabruh, huwa importanti li fil-Parlament Ewropew ikollna nies li verament għandhom lill Malta f’qalbhom.

Dr Muscat qal li ma nistgħux noħduha for granted li tikber l-ekonomija. Sostna li l-ikbar nuqqas li kellhu l-Gvern preċedenti kien li ma jieħux deċiżjonijiet u jistenna li l-affarijiet jissolvew waħedhom. Dan kollhu kien qed iwassal sabiex l-investituri jitilfu l-fiduċja f’pajjiżna u l-ġid ma jinħoloqx. Kienu qed ibagħtu mhux min kien ħa €500 żieda fil-ġimgħa, imma soffrew minnha n-nies bħal ġenituri li ma ħadux childrens allowance, l-ħaddiema bil-minimum wage, il-pensjonanti. Saħaq li għaliex aħna soċjalisti demokratiċi, progressivi u moviment li jħares ‘l quddiem mhux kuntenti li sempliċiment jiżdied il-ġid u x-xogħol, iżda dak il-ġid irridu li nwassluh għand kulħadd, speċjalment lill min l-iktar għandu bżonn. “Aħna lin-nies irridu nagħmluhom sinjuri żgħar,” saħaq il-Prim Ministru.

Dwar il-kritika tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Programmi Elettorali għal kull lokalita, Dr Muscat sostna li l-Oppożizzjoni tista’ tikteb ktieb sħiħ proposti għax jekk ma twettaqhomx għalxejn tiktibhom. Sostna li flok kitbu proposti li qatt ma jwettqu, aħjar ħarġu kandidati biżżejjed sabiex in-nies ikunu jistgħu jiġġudikaw. Sostna li l-Partit Laburista għandhu programm ċar ħafna li permezz tiegħu l-lokalitajiet ser intuhom direzzjoni ċara.

Iffirmat ftehim ġdid għall-klassi tal-agrikoltura fis-Servizz Pubbliku

Il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u l-Union Ħaddiema Magħqudin – Voice of the Workers iffirmaw ftehim ġdid li jirrigwardja s-settur settorjali tal-agrikoltura fis-Servizz Pubbliku. Bil-ftehim il-ġdid l-uffiċjali pubbliċi li qegħdin f’din il-klassi se jgawdu minn titjib fil-benefiċċji kif ukoll minn opportunitajiet ġodda ta’ avvanz fil-karriera. Il-ftehim jinkludi wkoll provvediment sabiex l-uffiċjali tal-agrikoltura jkomplu jtejbu l-ħiliet professjonali tagħhom.Aqra aktar

Mara l-isptar wara li ħabtet ma’ ħajt bil-quadbike f’Għajnsielem

Franċiża ta’ 44 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident li kellha fi Triq Borġ Għarib, f’Għajnsielem Għawdex.

L-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija urew kif il-Franċiza kienet qed issuq quadbike tat-tip Adly meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura, b’konsegwenza li ħabtet ma’ ħajt.

Il-Franċiża ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura. Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejin.

Raġel ta’ 34 sena mfittex mill-pulizija

Clive Aguis, Furjaniż ta’ 34 sena qed inkun ikun imfittex mill-pulizija, fuq ordni tal-Qorti.

Fi stqarrija, il-pulizija qalet li kull min għandu xi informazzjoni dwar il-persuna jagħmel kuntatt mal-pulizija, b’mod anonimu jew fuq in-numri 21224001 jew 119.

Send this to a friend