Eman Portelli – Page 12 – One News

Eman Portelli

Raġel arrestat wara li nstab fil-pussess tad-droga fil-Mosta

Grieg ta’ 29 sena li jogħqod il-Mosta kien arrestat mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara nstab fil-pussess tad-droga kannabis.

Fi stqarrija, l-Pulizija qalet kif l-Erbgħa wara nofsinhar, bl-awtoriżazzjoni tal-Maġistrat tal-Għassa, il-Pulizija segwew konsenja kkontrollata ta’ pakkett li kien għadu kemm wasal Malta minn Spanja, bis-suspett li fil-pakkett kien hemm moħbija d-droga. Il-pulizija arrestat ir-raġel minnufih hekk kif ġabar il-pakkett.

Il-pulizija qalef kif instabet madwar kilo ħaxixa tal-kannabis, moħbija f’kaxxa tal-kartun li kienet imgeżwra f’boroż tal-plastic.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia ġiet infurmata bis-sejba u ħartet diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti l-Ġimgħa taħt arrest u jkun akkużat bl-importazzjoni u pussess mhux għal użu esklussiv tiegħu tal-pjanta cannabis.

Il-Ministru Carmelo Abela jindirizza s-seminar ‘No Excuse for Abuse’

Fl-indirizz tiegħu waqt is-seminar No Excuse for Abuse – 16 days of activism for the elimination of violence against women and girls, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela nnota li sfortunatament il-vjolenza fuq in-nisa, li hi vjolazzjoni serja tad-drittijiet tal-bniedem, għadha mifruxa mad-dinja kollha u tista’ tieħu forom fiżiċi, sesswali u psikoloġiċi.Aqra aktar

Send this to a friend