Eman Portelli – One News

Eman Portelli

Notifiki

L-Air Malta bi skontijiet speċjali għar-rotot lejn ir-Renju Unit 

L-Air Malta għadha kemm nediet offerta ta’ Jannar ta’ prezzijiet b’roħs sa 40% fuq ir-rotot kollha tagħha lejn ir-Renju Unit.

L-iskont huwa disponibbli għal vjaġġar minn Malta lejn Londra, Heathrow, Londra (Gatwick) u Manchester. Wieħed jista’ japplika għal dawn l-iskontijiet, minn fuq is-sit onlajn tal-Air Malta, mingħand aġenti tal-ivvjaġġar, fost oħrajn.

Din l-offerta hija miftuħa sat-28 ta’ Jannar u hija valida għal vjaġġar bejn l-20 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju.

Għall-aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur il-website tal-Air Malta – www.airmalta.com jew inkella fuq is-sit ta’ Facebook.

Kuntrattur ordnat minn Infrastruttura Malta sabiex jerġa’ jagħmel wiċċ ġdid ta’ triq fir-Rabat wara li ma laħaqx mal-livelli ta’ kwalità

L-aġenżija Infrastruttura Malta qalet li ordnat kuntrattur sabiex jerġa’ jagħmel wiċċ ġdid għal Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat. Dan wara li x-xahar li għadda triq it-triq tlestiet iżda l-wiċċ ta’ din it-triq ma laħaqx mal-kwalità li timponi l-istess aġenżija.Aqra aktar

Anzjan jintlaqat minn karozza fil-Ħamrun

Anzjan intlaqat minn karozza fil-Ħamrun.

Il-każ seħħ dalgħodu għal ħabta tat-8:15 fi Triq Villa Ambrosia fil-Ħamrun.

Immedjatament marret ambulanza fuq il-post fejn tat l-assistenza tagħha lill-anzjan.

Send this to a friend