Edward Montebello | One News - Part 7

Edward Montebello

Notifiki

Lanqas temmen x’kien l-aktar rigal popolari dan il-Milied…

Għalkemm għadu ftit kmieni, l-indikazzjonijiet huma li reġgħu kienu festi tajbin u s-sena li għaddiet bħala sena sħiħa kienet sena tajba għan-negozji Maltin u Għawdxin.

Il-Ġimgħa filgħodu waqt il-programm ONE Breakfast il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u s-Sidien tar-Ristoranti qal li dawn il-festi raw aktar Maltin jonfqu iżjed.Aqra aktar

Il-Gvern jagħti aktar minn €226,000 lil NGO li tgħin lil tfal ta’ familji milquta mill-mard

Il-Gvern iffirma ftehim mal-Fondazzjoni Karl Vella sabiex din tipprovdi appoġġ psikoloġiku professjonali lit-tfal li jkollhom lill-ġenituri jew xi qarib ieħor marid serjament. Dan il-ftehim se jwassal biex il-fondazzjoni tirċievi €226,000 fuq medda ta’ tliet snin.

Il-Fondazzjoni Karl Vella li tfakkar lil dak li tant wera kuraġġ meta ħabbat wiċċu ma’ marda kiefra li ħaditlu ħajtu, ilha miftuħa sa minn Mejju ta’ ħames snin ilu u llum topera minn dawk li kienu stalel fuq wara tal-Palazz ta’ Sant’Anton.Aqra aktar

Eluf diġà jgawdu mill-passaport ta’ Heritage Malta

Permezz ta’ card li bdiet titqassam fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji huma eluf li qed iżuru siti storiċi li huma f’idejn il-ħarsien ta’ Heritage Malta mingħajr ma jħallsu imqar ċenteżmu wieħed.

Fil-fatt fl-iskejjel se jkunu tqassmu mat-tlieta u ħamsin elf card li biha t-tfal jistgħu jieħdu sa żewġ adulti magħhom u lkoll jidħlu jżuru l-postijiet storiċi mingħajr ħlas.

Meta mbagħad it-tfal iżuru l-postijiet jirċievu dak imsejjaħ bħala passaport.Aqra aktar

Tal-Occupy Justice ma jiċħdux li qed jiġbru l-flus illegalment

Kelliema uffiċjali tal-għaqda Occupy Justice li jippriedkaw u jħabbtu fuq sidirhom f’ġieħ il-governanza u l-kontabilità tajba ħarbu milli jwieġbu dwar allegazzjonijiet serji li saru fuqhom u filwaqt li ma ċaħdux dak li qed jintqal fuqhom, infexxew jitkellmu ħażin.

Fl-aħħar sigħat whistleblower stqarret li hija eks membru f’dan il-grupp u rriżenjat wara li ntalbet tiġbor fondi waqt attivitajiet tal-Occupy Justice fosthom waqt vġili li jsiru għal Daphne Caruana Galizia.

Il-whistleblower sostniet li eluf ta’ ewro li qed jinġabru mingħajr ma jingħata rendikont ta’ xejn huma frott ta’ azzjoni illegali.

Żiedet tistaqsi jekk hemmx politiċi jew partit politiku li qed jagħti donazzjonijiet kbar ta’ flus f’envelops indirizzati lil Occupy Justice.Aqra aktar

Tarbija ta’ 11-il xahar salvata mit-tifrik fir-Russja

Tarbija ta’ 11-il xahar ġie salvat minn taħt it-tifrik ta’ blokka t’appartamenti li ġġarfet fil-jiem li għaddew fil-belt Russa ta’ Magnitogorsk.

It-tifel instab f’sensih iżda jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa mhux daqstant tajba.

Kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa fir-Russja saħaq li t-tifel sofra minn ġrieħi f’rasu u għandu xi ksur f’saqajh hekk kif intbagħat f’Moska għall-aktar kura.

Omm it-tifel ukoll salvat minn din it-traġedja li ħalliet minn tal-inqas disa’ persuni mejta hekk kif splużjoni ta’ gass ġarfet blokka t’appartamenti.

Iċ-ċkejken imsemmi Ivan instab aktar minn tletin 30 wara t-tiġrif u għamel dawn is-sigħat kollha f’temperaturi taħt iż-żero.

Sa issa għad hemm 32 persuna rrapurtati nieqsa.

Ġabra rekord ta’ aktar minn €1,275,000 jinġabru b’risq id-Dar tal-Providenza

Ftit aktar minn €1,275,000 inġabru b’risq id-Dar tal-Providenza f’maratona li saret fl-ewwel jum tas-sena.

Dik deskritta bħala festa ta’ ġenerożità ġabret rekord ta’ flus hekk kif inqabeż l-ammont tas-sena l-oħra b’madwar €20,000.

Preżentament din id-dar tospita mija u ħmistax-il resident li għandhom bżonn għajnuna kif ukoll attenzjoni speċjali u fl-istess waqt hija ħajt ta’ kenn għall membri tal-familja ta’ dawn ir-residenti.

Fost l-eluf ta’ persuni li wieġbu għas-sejħa, kien hemm il-Partit Laburista b’donazzjoni ta’ €1,000 b’risq dawn il-persuni li sabu l-għajnuna meħtieġa grazzi għal din id-dar li ġiet imwaqfa minn Monsinjur Mikiel Azzopardi li tat lilhom u lil familja tagħhom tama ġdida.

Delia jikkonferma li l-firda fil-PN hija kbira wisq

F’kollegament telefoniku xott fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, jekk xejn kompla jikkonferma li l-qasma fil-partit li jmexxi għadha hemm sal-ġurnata tal-lum.

Propju fl-aħħar appuntament politiku b’mod dirett din is-sena, Delia kompla jikkonferma li hemm min irid jattakkah u jimminah.

Delia qal “Jattakkaw il-pożizzjoni tiegħi, jattakkaw il-pożizzjoni tiegħi kemm bħala Kap tal-Oppożizzjoni, kemm bħala Kap tal-Partit.”

Li Delia jinsab f’sitwazzjoni fejn ma jgawdix l-appoġġ tal-grupp parlamentari u jinsab attakkat minħabba l-pożizzjoni tiegħu bħala Kap mhix storja ġdida.Aqra aktar

Send this to a friend