Edward Montebello – Page 66 – One News

Edward Montebello

Notifiki

L-EBU jsostni li l-Ukrajna ma kisritx ir-regoli

B’reazzjoni għall-aħbar li tellajna aktar qabel fejn allegatament il-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision kisret ir-regoli għax ħarġet qabel id-data stipulata bir-regoli, l-EBU ħarġet dikjarazzjoni ċara fejn sostniet li d-diska tal-Ukrajna ma kisret l-ebda regola.

Għalkemm ir-regoli tal-Eurovision jgħidu b’mod ċar li kanzunetta li tkun se tikkompeti ma tistax toħroġ qabel l-ewwel ta’ Settembru ta’ qabel l-edizzjoni li jkun imiss, l-EBU sostniet li l-interpretazzjoni ta’ verżjoni differenti tal-kanzunetta ‘1944’ f’Mejju tas-sena l-oħra ma poġġiex lill-Ukrajna f’xi vantaġġ partikolari.

Aqra aktar

Bżonn ta’ għarfien fis-settur finanzjarju

Pajjiżna se jkun qed jimbarka fuq strateġija li għandha l-għan li żżid il-litteriżmu fis-settur finanzjarju.

Sostna dan il-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed jindirizza konferenza dwar il-kreditu, organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija għall-amministrar tal-kreditu.

Aqra aktar

NIKKONFERMAW: se jinvestigaw d-diska Ukrena

Allegatament il-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena kisret ir-regolamenti tal-festival. Filmat li beda jiċirkola fuq Youtube u li jtella’ f’Mejju 2015 juri lil Jamala tkanta d-diska ‘1944’.

Dan imur kontra r-regoli tal-Eurovision għaliex kanzunetta li tipparteċipa fl-edizzjoni li ssir f’Mejju ma tistax toħroġ fil-pubbliku qabel Settembru ta’ qabel. Dan ifisser li l-kanzunetta tal-kantata Ukrena ma setgħetx toħroġ qabel l-1 ta’ Settembru tal-2015 biex tkun eliġġibli li tikkompeti fil-Eurovision li għadda.

Aqra aktar

Iridu recount tal-Eurovision!

Kwart ta’ miljun persuna iffirmat petizzjoni biex ir-riżultat tal-Eurovision Song Contest jiġi rivedut. Fir-Russja qam kjass sħiħ wara li l-kanzunetta ta’ Sergey Lazarev spiċċat fit-tielet post minkejja li rebħet il-vot tal-pubbliku.

Il-petizzjoni li bdiet online minn ċittadin Armen qed tappella lil EBU (l-istituzzjoni li torganizza l-Eurovision) biex jirrevedu r-riżultat. Dan għaliex l-Ukrajna rebħet il-Eurovision wara li skont uħud il-voti tal-ġurija ġew manipulati biex ir-Russja ma tirbaħx.

Aqra aktar

Waħda biss issemmi lil Malta!

Staqsejna lill-ġurnalisti li qed isegwu mill-qrib il-Eurovision Song Contest fi Stokkolma, min jaħsbu li ser jibaħ għada. Waħda biss issemmi lil Malta!

 

Aġġornamenti kontinwi fuq ONE u ONE Radio minn Wayne Aquilina.

Ira tiċċelebra l-fatt li Malta tinsab quddiem nett fi drittijiet LGBT

Ira Losco iċċelebrat il-fatt li Malta ġiet ikkunsidrata bħala l-aktar pajjiż fl-Ewropa li għandha drittijiet għall-persuni LGBT. Ftit tal-ħin ilu, Losco daħlet fiċ-ċentru tal-ġurnalisti fi Stokkolma fejn flimkien ma’ għadd ta’ ġurnalisti li qegħdin jirrapurtaw il-Eurovision Song Contest għaddiet messaġġ ċar favur l-ugwaljanza bejn persuni b’orjentazzjonijiet sesswali differenti.

Aqra aktar

Send this to a friend