Edward Montebello | One News - Part 6

Edward Montebello

Notifiki

Tal-Occupy Justice ma jiċħdux li qed jiġbru l-flus illegalment

Kelliema uffiċjali tal-għaqda Occupy Justice li jippriedkaw u jħabbtu fuq sidirhom f’ġieħ il-governanza u l-kontabilità tajba ħarbu milli jwieġbu dwar allegazzjonijiet serji li saru fuqhom u filwaqt li ma ċaħdux dak li qed jintqal fuqhom, infexxew jitkellmu ħażin.

Fl-aħħar sigħat whistleblower stqarret li hija eks membru f’dan il-grupp u rriżenjat wara li ntalbet tiġbor fondi waqt attivitajiet tal-Occupy Justice fosthom waqt vġili li jsiru għal Daphne Caruana Galizia.

Il-whistleblower sostniet li eluf ta’ ewro li qed jinġabru mingħajr ma jingħata rendikont ta’ xejn huma frott ta’ azzjoni illegali.

Żiedet tistaqsi jekk hemmx politiċi jew partit politiku li qed jagħti donazzjonijiet kbar ta’ flus f’envelops indirizzati lil Occupy Justice.Aqra aktar

Tarbija ta’ 11-il xahar salvata mit-tifrik fir-Russja

Tarbija ta’ 11-il xahar ġie salvat minn taħt it-tifrik ta’ blokka t’appartamenti li ġġarfet fil-jiem li għaddew fil-belt Russa ta’ Magnitogorsk.

It-tifel instab f’sensih iżda jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa mhux daqstant tajba.

Kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa fir-Russja saħaq li t-tifel sofra minn ġrieħi f’rasu u għandu xi ksur f’saqajh hekk kif intbagħat f’Moska għall-aktar kura.

Omm it-tifel ukoll salvat minn din it-traġedja li ħalliet minn tal-inqas disa’ persuni mejta hekk kif splużjoni ta’ gass ġarfet blokka t’appartamenti.

Iċ-ċkejken imsemmi Ivan instab aktar minn tletin 30 wara t-tiġrif u għamel dawn is-sigħat kollha f’temperaturi taħt iż-żero.

Sa issa għad hemm 32 persuna rrapurtati nieqsa.

Ġabra rekord ta’ aktar minn €1,275,000 jinġabru b’risq id-Dar tal-Providenza

Ftit aktar minn €1,275,000 inġabru b’risq id-Dar tal-Providenza f’maratona li saret fl-ewwel jum tas-sena.

Dik deskritta bħala festa ta’ ġenerożità ġabret rekord ta’ flus hekk kif inqabeż l-ammont tas-sena l-oħra b’madwar €20,000.

Preżentament din id-dar tospita mija u ħmistax-il resident li għandhom bżonn għajnuna kif ukoll attenzjoni speċjali u fl-istess waqt hija ħajt ta’ kenn għall membri tal-familja ta’ dawn ir-residenti.

Fost l-eluf ta’ persuni li wieġbu għas-sejħa, kien hemm il-Partit Laburista b’donazzjoni ta’ €1,000 b’risq dawn il-persuni li sabu l-għajnuna meħtieġa grazzi għal din id-dar li ġiet imwaqfa minn Monsinjur Mikiel Azzopardi li tat lilhom u lil familja tagħhom tama ġdida.

Delia jikkonferma li l-firda fil-PN hija kbira wisq

F’kollegament telefoniku xott fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, jekk xejn kompla jikkonferma li l-qasma fil-partit li jmexxi għadha hemm sal-ġurnata tal-lum.

Propju fl-aħħar appuntament politiku b’mod dirett din is-sena, Delia kompla jikkonferma li hemm min irid jattakkah u jimminah.

Delia qal “Jattakkaw il-pożizzjoni tiegħi, jattakkaw il-pożizzjoni tiegħi kemm bħala Kap tal-Oppożizzjoni, kemm bħala Kap tal-Partit.”

Li Delia jinsab f’sitwazzjoni fejn ma jgawdix l-appoġġ tal-grupp parlamentari u jinsab attakkat minħabba l-pożizzjoni tiegħu bħala Kap mhix storja ġdida.Aqra aktar

Imfakkra dawk li ħallew marka matul ħajjithom u mietu fl-2018

Is-sena elfejn u tmintax rat ukoll għadd ta’ persuni li ħallew marka f’pajjiżna jew lil hinn minn xtutna jħallu din id-dinja.

Minn politikanti, għall-atturi, kantanti, artisti u attivisti f’diversi oqsma., fosthom dawk soċjali.

It-tabib u l-politiku ġentlom Vincent Moran miet fl-għoxrin ta’ Novembru. Kienu bosta li taw tislima lil eks Ministru Laburista f’Raħal Ġdid. Il-Professur Anġlu Psaila, persuna li ħalla wirt ta’ għerf fil-qasam mediku ħalla din id-dinja f’Settembru.

Huwa kien vuċi u wiċċ magħruf fuq l-istazzjoni ONE u eluf ta’ studenti u pazjenti gawdew mid-dedikazzjoni tal-Professur Psaila. Fil-bidu ta’ din is-sena li waslet biex tintemm miet l-Isqof Silvestru Magro.Aqra aktar

Il-festi tal-Milied reġgħu kienu aħjar

Fil-festi tal-Milied ma gawdewx biss il-familji, iżda anke marru tajjeb is-sidien tar-ristoranti u l-lukandiera.

Fi kliem il-President tal-MHRA, Tony Zahra, il-festi tal-Milied raw aktar kummerċ riżultat anki tal-flus fil-but li għandhom in-nies:

“Il-feel good factor qiegħed hemmhekk bla ebda dubju, u jidher li l-purchasing power tan-nies żdied mis-sena ta’ qabel. U dan huwa xi ħaġa pożittiva, speċjalment għar-ristoranti u postijiet oħra fejn isir in-negozju”.

Fi klima ekonomika pożittiva, anki t-temp sabiħ għalkemm ftit kiesaħ li ħassejna f’dawn il-jiem ra lis-sidien tal-istabbilimenti tal-ikel u l-lukandiera jmorru tajjeb ħafna. Zahra qali li “waħda mill-affarijiet li kien hemm, li kien favur tagħna din is-sena, kien it-temp. It-temp dejjem huwa importanti bħal dawn iż-żminijiet għax ovvja iktar ma jkun hemm xemx u temp sabiħ iktar in-nies jitħajru joħorġu u allura għandna ċans aħjar fir-restaurants u fil-lukandi sintendi jiġu n-nies minn barra u jieħdu gost bit-temp ukoll”.Aqra aktar

Send this to a friend