Edward Montebello | One News - Part 5

Edward Montebello

Notifiki

Inawgurat ċentru għall-anzjani f’San Vinċenz de Paul

Fir-residenza ta’ San Vinċenz de Paul infetaħ ‘Silver Hub’, ċentru għall-anzjani f’ambjent soċjali ta’ klabb. B’investiment ta’ €200,000 ġie rranġat dak li kien maħżen għall-affarijiet li żmienhom għamluh sew. Dan iċ-ċentru, l-ewwel tax-xorti tiegħu jinsab f’atmosfera nadifa u tiżwiqa ta’ kuluri. F’dan iċ-ċentru se jkun hemm programm t’attivitajiet għal kull resident, inkluż dawk b’ dipendenza fuq ħaddieħor. Fil-fatt tim ta’ infermiera se jkunu qed jikkumplimentaw il-ħaddiema li jagħmlu parti mid-dipartiment tal-anzjanità attiva.Aqra aktar

Tagħmir ġdid li se jkompli jwaqqaf id-droga milli tidħol fil-ħabs

Min jipprova jdaħħal id-droga, anki dik sintentika fil-ħabs se jarralu. Dan kien il-messaġġ skjett iżda importanti f’ġieh is-sigurtà fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin. Propju fl-aħħar jiem fl-entratura għall-faċilità tpoġġa apparat magħruf bħala body scan li jagħraf kull ħaġa li jkollu persuna, inkluż kapsuli moħbija fl-istonku, fil-ħalq u anki fl-aktar partijiet intimi tal-ġisem.

Dan l-investiment li sewa żewġ miljuni u mitejn elf ewro ħa post metodi oħra ta’ sigurtà tradizzjonali fosthom tiftix manwali fuq il-ġisem tal-bniedem fejn illum il-ġurnata qed naraw dan bħala mhux bħala l-mod idonju. Dan l-apparat huwa ċertifikat ukoll bħala wieħed tajjeb għaliex l-ammont ta’ radjazzjoni li jirċievi fuqu min jiġi eżaminat huwa wieħed minimu.Aqra aktar

Il-PM jipproponi bidla fil-liġi biex ulied adottati jsiru Maltin b’mod awtomatiku

Waqt l-ewwel konferenza Nazzjonali dwar l-adozzjonijiet il-Prim Ministru saħaq li l-Gvern se jressaq proposta għall-bidla fil-liġi biex ulied adottati jieħdu ċittadinanza Maltija awtomatikament. Preżentament il-ġenituri adottivi jridu jmorru l-Qorti u jiftħu proċess biex jiksbu ċ-ċittadinanza Maltija għal dawk li jkunu adottaw b’tant imħabba.

“Għalija hija xi ħaġa bla sens li dawn l-ulied ma jiġux stmati bħall-ulied oħra”, saħaq il-Prim Ministru f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan. “Dawn it-tfal m’għandhom xejn inqas minn oħrajn, għandhom ikollhom dinjità bla ebda distinzjoni”, qal b’tant emozzjoni l-Prim Ministru. Żied jgħid li b’din l-emenda fil-liġi nnaqqsu skariġġ żejjed wara tant taqtigħ ta’ qalb li l-ġenituri jkunu għaddew minnu. Dr Muscat semma l-għotja ta’ €10,000 li qed jirċievu l-familji li jadottaw.Aqra aktar

In-numru ta’ mejta kawża tal-attakki fi Sri Lanka jitla’ għal 290

Fi Sri Lanka n-numru tal-mejta tela’ għal mitejn u disgħin persuna wara tmien splużjonijiet li seħħew fi tliet knejjes u f’erba’ lukandi.

L-għada tal-attakki mdemmija, il-pulizija komplew jarrestaw iżjed persuni u n-numru issa tela’ għal erbgħa u għoxrin persuna.

Il-pulizija sostniet li grupp fundamentalista fil-pajjiż wettaq dawn l-attakki iżda dan il-grupp meqjus ċkejken kien mgħejjun minn grupp internazzjonali, qalu l-awtoritajiet fi Sri Lanka. Minkejja dan, ħadd ma refa’ responsabilità ta’ dan l-attakk fl-Għid il-Kbir.Aqra aktar

121 persuna jinqatlu kawża tal-vjolenza fil-Libja

Il-vjolenza mdemmija fi Tripli fil-Libja kompliet tħalli iżjed persuni mejta hekk kif in-numru issa tela’ għal 121 persuna. Fost il-mejta hemm 28 li huma tfal. Dan minbarra li aktar minn 500 persuna ndarbu fi ġlied bejn żewġ fazzjonijiet militari waħda leali lejn il-Gvern rikonoxxut mill-Ġnus Magħquda u oħra leali lejn Khalifa Haftar, persuna rispettata ferm fl-armata Libjana.

Hu mifhum li mas-16,000 persuna ċċaqalqu minn djarhom riżultat ta’ dan il-ġlied li ħalla ħerba fil-Libja hekk kif l-instabilità f’dan il-pajjiż kompliet tippersisti.

Numru t’ambulanzi wkoll kienu fil-mira tal-attakki hekk kif l-attakki bil-missili ma waqfux.

L-akbar ajruplan fid-dinja tar għall-ewwel darba

Dan l-ajruplan li fih sitt magni u tella’ veloċità t’aktar minn mitejn u sebgħin kilometru fis-siegħa. Dan inbena mill-kumpanija Stratolaunch li twaqqfet fost l-oħrajn mill-ko-fundatur tal-Microsoft Paul Allen.

L-ajruplan li twil daqs grawnd tal-football huwa ideali li jitla’ f’għoli t’għaxar kilometri biex imbagħad jispara ‘l fuq satelitti fl-orbiti. Fil-fatt dan il-proċess hu meqjus bħala spiża irħas mir-rokits.

Il-bdot tal-ajruplan qal li kienet esperjenza fantastika hu u ttajjar dan l-ajruplan.

Persuna tmut u tlieta jindarbu f’sensiela ta’ sparaturi f’diskoteka f’Melbourne

Persuna nqatlet u tlieta oħra ndarbu wara sparaturi fi stabbiliment tad-divertiment f’Melbourne, l-Awstralja. Rapporti fil-midja Awstraljana qalu li sa issa l-investigaturi mhux jorbtu dan il-każ ma’ wieħed terroristiku.

Hu mifhum li dan il-każ qed jintrabat bejn ċirku kriminali marbut ma’ sewwieqa ta’ muturi.

Sparaturi ta’ dan it-tip huma rari fl-Awstralja u l-pajjiż ilu aktar minn għoxrin sena li rriforma l-liġi li rat iktar restrizzjonijiet fuq liċenzjar tal-armi.

BIL-FILMAT: “L-isport żammni ħaj” – Jake Vella

F’Malta huwa waħdu.

Ħadd m’għandu l-kundizzjoni tiegħu u forsi wkoll ftit għandhom id-determinazzjoni u l-kuraġġ ta’ sur li għandu dan it-tifel.

Jake Vella li missieru qalilna, li għal grazzja t’Alla ftit ilu għalaq għaxar snin.

Iltqajna ma’ Jake fil-kumpless sportiv ta’ Ħal Kirkop fejn tħabbret edizzjoni oħra ta’ Summer on the Move, edizzjoni li għaliha Jake huwa ambaxxatur tagħha.

Qalilna li l-kundizzjoni tiegħu ta’ Rohhad Net, li taffettwa l-ormoni ġabitu f’sitwazzjoni fejn kien qed jilagħbha mal-mewt.Aqra aktar

Send this to a friend