Edward Montebello | One News - Part 45

Edward Montebello

Notifiki

Pospost kunċert bil-kantanti tal-Eurovision

Ftit iktar minn ġimgħa qabel The Malta Song in Concert, il-Malta Community Chest Fund ippospona dan il-kunċert mingħajr ma tah data oħra.

one.com.mt huwa infurmat li dawk li laħqu xtraw il-biljetti ġew ikkuntattjati biex jieħdu l-flus lura, anki minkejja li skont imkejjen fi ħdan l-uffiċċju sostnew li l-kunċert ma ġiex ikkanċellat iżda pospost.Aqra aktar

Ħnieżer għal żaqqhom u għal buthom

Fi New York għaddejin l-aħħar preparamenti biex issir waħda mill-iktar kompetizzjonijiet popolari b’rabta mal-ammont t’ikel li jittiekel fl-iqsar żmien possibli.

Il-kompetizzjoni bl-isem ta’ Nathan’s Hot Dog Eating Contest se tara numru ta’ persuni jippruvaw jieklu numru ta’ hot dogs f’għaxar minuti.

Aqra aktar

Ċittadella isbaħ u aktar vibranti

Eluf ta’ snin ta’ storja sa minn żmien il-bronż, għal żmien ir-Rumani, għal żmien il-Kavallieri. Din hija ċ-Ċittadella, rinovata permezz ta’ fondi Ewropej.

Ilbieraħ infetħet mill-ġdid iċ-Ċittadella, il-belt storika fil-gżira tat-tlett għoljiet.

Taħt xemx tisreġ u żiffa ħafifa, il-ġebel safrani tal-fortifikazzjonijiet deher ileqq u saħħar lil dawk kollha preżenti.

Aqra aktar

Konkors dwar l-isbaħ mogħża

Kullħadd b’xortih fid-dinja. Min jiġġudika x-xbejbiet u jiflihom minn rashom sa saqajhom u min jiġġudika l-isbaħ mogħża. Hekk ġara f’raħal fil-Litwanja fejn għadd ta’ mogħoż għaddew minn qalb in-nies u l-ġurija kellha timxi b’reqqa liema bħalha ma’ linji gwida apposta. Finalment kienet il-mogħża bl-isem ta’ Demyte li rebħet dan il-konkors annwali u sidha mar tajjeb ukoll għaliex miegħu ħa bħala premju numru ta’ kejkijiet u vażetti tal-għasel.

Sanders se jappoġġja lil Clinton

Bernie Sanders saħaq li se jkun qed jappoġġja lil Hilary Clinton fl-elezzjoni Presidenzjali li jmiss.

Sanders li tah battikata mhux ħażin lil Clinton fl-elezzjonijiet primarji, qal li huwa se jkun qed jivvota lil Hilary Clinton biex tikseb l-ogħla kariga fil-White House.

Aqra aktar

Se jkomplu jsaħħnu l-qiegħa bil-Eurovision

F’mossa li qed tiġi meqjusa bħala provokanti, l-istazzjon nazzjonali Russu se jorganizza s-selezzjoni għall-Junior Eurovision fil-Krimea.

Hekk kif bir-rebħa tal-Ukrajna fil-Eurovision qam ferment sħiħ fir-Russja issa kien imiss lir-Russi biex jużaw il-Eurovision u jinku ftit lill-ġirien tagħhom.

Is-selezzjoni li biha se tiġi magħżula l-kanzunetta u l-kantant/a biex tirrappreżenta lir-Russja fil-Junior Eurovision se titella’ fl-ICC Artek ġewwa Gurzuf fil-Krimea.

Aqra aktar

Send this to a friend