Edward Montebello | One News - Part 4

Edward Montebello

Notifiki

Il-Membri Parlamentari Ingliżi kontra proposta li tagħti dewmien lil Brexit

l-membri parlamentari fil-House of Commons f’Londra vvutaw kontra proposta li jagħti dewmien għal BREXIT.

Din l-emenda mressqa mill-membru parlamentari tal-Partit Laburista Ingliż Yvette Cooper m’għaddietx bi tlieta u għoxrin vot.

Din l-emenda kellha l-għan li ttawwal il-proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u b’hekk jonqsu ċ-ċansijiet li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.

Il-Prim Ministru Ingliż appellat biex il-Parlament Ingliż jivvota favur emendi li jwasslu biex hi terġa’ tiftaħ xi negozjati fuq il-ftehim ta’ BREXIT mal-Unjoni Ewropea.

Dan għalkemm il-mexxejja Ewropej għadhom qed isostnu li l-ftehim negozjat mal-Gvern Ingliż mhux qiegħed hemm biex jerġa’ jinfetaħ għan-negozjati.

Ġie rapurtat li matul il-jum Theresa May għamlet numru ta’ telefonati ma’ mexxejja Ewropej dwar din il-kwistjoni.

Bħalissa fil-House of Commons qed jittieħdu numru ta’ voti fuq emendi tal-pjan ta’ May dwar BREXIT.

Leone Ganado Direttur ma’ min hu investigat mill-FBI

Godfrey Leone Ganado, li fl-aħħar snin smajnih kemm-il darba jħambaq favur il-korrettezza fis-settur finanzjarju, huwa direttur ma’ persuna li tinsab investigata saħansitra mill-FBI.

Il-gazzetta Kullħadd żvelat kif Greg Lindberg, li huwa Amerikan, jinsab investigat fuq atti kriminali fis-settur finanzjarju. Investigazzjoni li ġiet irrapurtata mill-midja internazzjonali.

Lindberg kellu kumpanija bl-isem ta’ Standard Re. Kumpanija li issa ilha mingħajr liċenzja sa mis-sena li għaddiet.

Il-midja Amerikana rrapurtat kif Lindberg huwa donatur tal-Partit Repubblikan fl-Istati Uniti u fost l-oħrajn l-investigazzjoni qed tinvolvi donazzjoni ta’ żewġ biljun dollaru f’sena waħda biss.

Il-Kullħadd sostniet li l-MFSA saħansitra segwiet dan il-każ tal-kumpanija li hemm fiha l-Amerikan investigat mill-FBI.

Mal-Amerikan, fil-bord tal-kumpanija hemm żewġ Maltin biss; Joseph Grioli u Leone Ganado.Aqra aktar

Send this to a friend