Edward Montebello | One News

Edward Montebello

Notifiki

Eċċitati biex jibdew suġġetti ġodda

Daqs xahar ieħor it-tfal jaqbdu l-basket, jiġbru l-aħħar ftit affarijiet u dlonk jerħulha għall-iskola, dik il-binja li għandha sservi ta’ fonti ta’ tagħlim u għerf biex minnha noħorġu ċ-ċittadini denji tal-lum u għada.

Fl-iskejjel sekondarji li jibdew mid-disa’ sena ‘l fuq se jaraw l-introduzzjoni ta’ suġġetti ġodda fosthom dawk applikati.

Dan wara li l-istudenti li kienu fit-tmien sena għamlu l-għażliet tagħhom biex issa jitħarrġu f’aktar dettall u b’mod aktar fil-fond f’suġġetti li jistgħu jiftħulhom toroq ġodda.

Dan l-istazzjon tkellem ma’ studenti li għażlu s-suġġetti applikati li jmorru id f’id mal-programm edukattiv ‘Il-Vjaġġ Tiegħi’ li se jwassal biex studenti b’ħiliet differenti jaslu aktar ‘il quddiem skont l-inklinazzjonijiet tagħhom.

Fost l-istudenti li tkellimna magħhom kien hemm tnejn li bħala nies involuti fix-xandir għorokna idejna għaliex il-professjoni tagħna se tibqa’ ssib nies imħarrġa.

“Tal-aħbarijiet nixtieq insir”, qalilna wieħed li kien għodu se jxidd iż-żarbun tiegħi u jintervista lili flok nintervistah jien.

“Jien għażilt dan is-suġġett minħabba li jogħġbuni l-fotografija u t-televiżjoni u li nixtieq li l-midja tkompli mal-karriera tiegħi. Dan is-suġġett tal-midja minn dejjem kien jinteressani u nixtieq li nkompli fuqu ħa jkolli karriera tajba biex insir pereżempju tal-aħbarijiet u nintervista lin-nies.”

Ma’ dawn l-istudenti, ingħaqad ieħor li fi ħsiebu jaqbad it-triq tan-negozju.

“Jien għażilt ir-retail għax la nikber inkun naf kif nikkomunika man-nies u nesprimi u għażiltu wkoll għax jogħġobni u interessanti.”

“Il-vjaġġ tiegħi, nasal minn toroq differenti”, huwa programm edukattiv importanti li jibbilanċja bejn is-suġġetti akkademiċi, vokazzjonali u anki dawk applikati.

Il-programm jinvolvi tagħlim personalizzat u se jkollu forom differenti ta’ tagħlim u assessjar fejn l-istudenti jieħdu l-opportunità li jiksbu l-kwalifiki meħtieġa biex jibdew it-triq għad-dinja tax-xogħol.

Fuq kollox lill-istudenti staqsejniehom kif qed iħarsu lejn il-bidu ta’ sena skolastika ġdida.

Bla dubju kull bidla tnissel xi ftit biża’ u eċċitament.

“Naqra mbeżża’, imbeżża’ minħabba li dieħel skola ġdida u suġġetti ġodda u eċċitat għax nixtieq li nidħol  għaliha bis-saħħa din il-karriera u nibqa’ sejjer biha.”

“Ħafna eċċitat għall-iskola l-ġdida, teachers differenti u rridu issa nitgħallem u nispera li mmur tajjeb.”

“Ħafna ħruġ u divertiment fis-sajf allura inqas nisa jinqabdu tqal” – ġinekologu

Malta hija bl-inqas ammont ta’ twelid ta’ trabi matul ix-xhur tas-sajf.

Dan joħroġ minn statistika tall-EUROSTAT fejn studju għax-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awwissu tal-elfejn u sbatax pajjiżna kellu rata ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija filwaqt li l-medja Ewropea hija ta’ sitta u għoxrin punt tnejn fil-mija.

 L-ikbar rata rreġistrata kienet ta’ sebgħa u għoxrin punt tlieta fil-mija fis-Slovenja u l-Estonja.

Aqra aktar

4 persuni ser ikollhom “difna xierqa u dinjituża” wara li ħadd ma resaq biex jorganizzalhom funeral

Erba’ persuni, fosthom tliet Maltin se jindifnu skont protokoll pubbliku wara li ħadd ma resaq ‘il quddiem biex jorganizza l-funeral tagħhom.

Dawn il-persuni ilhom minn tal-inqas tliet xhur fil-friża tal-kamra mortwarja fl-isptar Mater Dei u issa r-responsabilità għal difna xierqa u dinjituża waqgħet f’idejn l-istat.

Aqra aktar

Send this to a friend