Dylan Paul Farrell | One News - Part 9

Dylan Paul Farrell

Notifiki

Miri ambizzjużi għall-Malta Maritime Hub

Daħlu fis-sit tal-eks Malta Shipbuilding f’Awwissu ta’ tliet snin ilu bi pjan għal għaxar snin, biex b’investiment ta’ ħamsa u ħamsin miljun ewro dan is-sit mitluq jinbidel f’ċentru ta’ eċċellenza għall-industrija taż-żejt, u għas-settur marittimu.

Illum ix-xogħol fil-Malta Maritime Hub, għalkemm minn barra mhux faċli tosservah, miexi ġmielu, tant li fi kliem ic-Chairman Paul Abela, mistenni jitlesta ferm qabel:

“Qegħdin ħafna iżjed avvanzati. Naħseb sal-5 jew is-6 sena hawnhekk ikun fully fledged, issettjat. Ikun ċentru t’attività ta’ ċertu klassi”.Aqra aktar

“Din hija traġedja, imma m’hemmx lok ta’ allarm” – tabiba dwar il-każ ta’ mewt ta’ tifel bil-meninġite

Tifel ta’ 4 snin tilef ħajtu wara li ntlaqat mill-mikrobu tal-meninġite. Aħbar li ħasbet lil bosta, inkluż ġenituri li beżgħu li wliedhom setgħu jieħdu din il-marda li tista’ twassal għall-mewt. Il-ġenituri ħadu lit-tifel l-isptar Mater Dei wara li beda juri sintomi ta’ din il-marda ftit tal-jiem ilu. Madankollu huwa miet fit-Taqsima tal-Kura Intensiva matul il-jum tal-Ħadd.Aqra aktar

Tifel tal-iskola jmut bil-meninġite- ebda periklu li tista’ tittieħed

Tifel ta’ 4 snin tilef ħajtu wara li ntlaqat mill-mikrobu tal-meninġite. Aħbar li ħasbet lil bosta, inkluż ġenituri li beżgħu li wliedhom setgħu jieħdu din il-marda li tista’ twassal għall-mewt.

Il-ġenituri ħadu lit-tifel l-isptar Mater Dei wara li beda juri sintomi ta’ din il-marda ftit tal-jiem ilu. Madankollu huwa miet fit-Taqsima tal-Kura Intensiva matul il-jum tal-Ħadd.

Dr Tanya Melillo, Kap tat-Taqsima dwar il-Prevenzjoni ta’ Mard Infettiv fi ħdan is-Saħħa Pubblika, spjegat li ma hemmx lok għal allarm, hekk kif spjegat x’seħħ fil-każ taċ-ċkejken.Aqra aktar

Il-President tingħata dottorat tal-liġi honoris causa mill-Università ta’ Leicester

Nhar il-Ġimgħa, f’Leicester l-Ingilterra, il-President ta’ Mata Marie-Louise Coleiro Preca ngħatat dottorat tal-liġi honoris causa mill-Università ta’ Leicester.

Fl-okkażjoni tal-għoti ta’ dan l-unur, il-President kellha dedika speċjali lit-tfal kollha ta’ Malta u tar-Renju Unit. Hija qalet li dawn it-tfal mingħajr aċess għall-edukazzjoni qed jiġu mċaħħda minn dritt uman fundamentali, u anke minn dritt fundamentali li t-tfal għandhom u li jissemma fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-Ġnus Magħquda – liema konvenzjoni din is-sena tagħlaq 30 sena minn mindu ġiet iffirmata mill-parti l-kbira tal-pajjiżi tad-dinja.

Fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni, il-President rringrazzjat lill-Università ta’ Leicester għal dan l-unur, u faħħret lill-istess istituzzjoni għas-sens ta’ inklużjoni li tħaddan u l-promozzjoni tal-valuri fosthom tad-dinjità umana. Il-President kienet akkumpanjata mill-Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit Joseph Cole.

Ħidma biex persuni b’diżabilità jkunu aktar indipendenti

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità għaddejja b’ħidma biex fix-xhur li ġejjin tressaq proposti sabiex tissolva diskriminazzjoni fil-konfront ta’ persuni b’diżabilità meta jiġu biex jixtru proprjetà.

F’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ġie ppreżentat ir-rapport annwali bejn Ottubru 2016 u Settembru 2017, intqal kif persuni b’dizabilità isibu xkiel meta jiġu biex jagħmlu poloz ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja, element bżonnjuż biex jiehdu self biex jixtru dar.

Fil-fatt illum il-ġurnata persuni b’diżabilità, jew ma jitħallewx jagħmlu din l-assigurazzjoni, jew ikollhom iħallsu ferm iżjed minn ohrajn. Diskriminazzjoni, spjegalna l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna, li s’issa ma nsibuhiex fil-liġi tagħna.

Fi preżentazzjoni li saret minn Dr Bernard Busuttil, Uffiċjali tal-Kummissjoni, ġie nnutat li bejn Ottubru 2016 u Settembru 2017 il-Kummissjoni daħlulha 203 ilmenti, fejn l-ogħla numru baqgħu dwar l-aċċessibbiltà, l-iktar fiżika f’binjiet u bankini.Aqra aktar

Il-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema sodisfatti b’xogħolhom

 

Il-parti l-kbira tal-ħaddiema f’pajjiżna tennew li huma sodisfatti.

Tixhed dan analiżi tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li fiha jirriżulta li ħamsa u sebgħin fil-mija tal-ħaddiema huma sodisfatti ħafna, ftit iktar minn 23% huma xi ftit jew wisq sodisfatti, u huma biss 1.5% dawk li qalu li mhumiex sodisfatti.

 

Din l-istatistika, li tħares b’mod partikolari lejn dawk li jaħdmu għal rashom tinnota kif fl-2017, in-numru ta’ persuni jaħdmu għal rashom kien ta’ 33,648. Ħaddiema li b’mod ġenerali kienu iktar sodisfatti b’xogħolhom minn persuni impjegati.

Ftit iktar minn 10,800 minn dawn, iġifieri madwar terz minnhom, kellhom magħhom xi impjegati.Aqra aktar

Ara: Ava u Travis huma l-ewwel żewġt itrabi tal-2019!

Ava u Travis, dawn huma l-ewwel żewġ itrabi tas-sena l-ġdida.

Ava kienet l-ewwel wild tas-sena, u twieldet 20 minuta wara t-tokki ta’ nofsillejl, għal dik li kienet sorpriża mhux mistennija għall-genituri tagħha, Josielle u Terence. Dan hekk kif iċ-ċkejkna Ava kienet mistennija tasal fit-tnax ta’ Jannar.

Fil-fatt, għall-aħħar tas-sena ftehmu li jiltaqgħu ma’ xi ħbieb:

“Morna hemm, u mbagħad, kont qed nilgħab billiard mat-tfajliet, u ħassejt l-uġiegħ, u qisek tkun taf li trid tidħol l-isptar.”

Filwaqt li l-hena tagħhom ifissdu liċ-ċkejkna Ava, il-ħsieb ma naqasx li jmur fuq ħuha ta’ sentejn.

“Nimmissja naqra lit-tifel, għax peress li għadu żgħir ma ġibtux. U qisu għadu ma jafx li għandu oħtu. Vera ħerqana li narah u nara r-reazzjoni tiegħu kif se tkun meta jara t-tifla.”

Issa li l-imħabba fil-familja kibret, staqsejnihom kif qed jaħsbu li se tkun ħajjithom.

“Ma naħsibx li se jkun hemm preferenzi, taf kif, it-tnejn indaqs, imma sakemm nidraw lil din issa hu. Naraw il-karattru tagħha x’inhu, x’tagħmel. S’issa kwieta tidher hu. Tidher kwieta ħafna.”

 Maġenb Ava u l-ġenituri tagħha sibna lil Travis, flimkien ma’ ommu Bernice u missieru Scott.

Travis twieled fis-01:40 ta’ filgħodu, u ħalla lill-ġenituri jistennewh xi ftit, kif spjegawlna l-ġenituri tiegħu stess:

 “Qabez id-due date. Suppost kellu jigi fit-28, allura kuljum nistaqsu x’se jiġri. Ma tantx stajna nippjanaw affarijiet lanqas, allura nistennew il-ġurnata tasal.”

Spjegawlna li l-istennija ta’ disa’ xhur kienet twila, imma r-riżultat aħħari kien ta’ sodisfazzjon kbir. Hekk kif dan kien it-tieni wild, staqsejna lil Bernice kif kienet l-esperjenza din id-darba.

“L-istess bejn wieħed u iehor. Iktar eċitata kif imur ħuh la jarah fil-verità.”

U kif jimmaġinaw li se tkun ħajjithom issa li l-imħabba f’ħajjithom kibret?

“Naqra iktar bieżla hux. Iktar okkupata, imma iktar ferħ fl-istess hin. Iktar xi ħaġa sabiħa.” Fuq wiċċ il-ġenituri ta’ dawn iċ-ċkejknin kienet evidenti xi naqra ansjetà. Ansjetà li però tintrikeb mill-ferħ kbir li ġabu dawn it-trabi fil-ħajjiet tal-ġenituri tagħhom.

Wasliet li bla dubju wittew il-triq għal sena mimlija esperjenzi, u ferħ.

“Irridu nkunu l-artiġjani tal-paċi”- il-Papa Franġisku

Irridu nkunu l-artiġjani tal-paċi. Dan il-messaġġ tal-Papa Franġisku fl-Urbi et Orbi tiegħu fl-okkażjoni tas-sena l-ġdida. Fi Pjazza San Pietru mimlija, il-Papa qal li l-ħidma ta’ paċi għandha tibda mid-djar u l-familja tagħna. Xogħol li għandna nwettqu ta’ kuljum, tul is-sena kollha.

Fil-fatt, fakkar kif il-Papa Pawlu sitta kien iddikjara l-ewwel ta’ Jannar bħala jum il-paċi. Il-Papa tenna l-messaġġ tiegħu tal-Milied, ta’ fraternità, paċi u prosperità.Aqra aktar

41 sena mill-qtil ta’ Karin Grech

Bħal-lum 41 sena ilu, pajjiżna nħasad bil-qtil ta’ Karin Grech, it-tfajla ta’ 15-il sena li l-wiċċ ruxxan u żagħżugħ tagħha nbidel fi dmija meta fetħet pakkett imgeżwer f’karti tal-Milied. Karin Grech inqatlet fid-dar tal-ġenituri tagħha f’San Ġwann għall-ħabta ta’ nofsinhar hekk kif fetħet pakkett-bomba fil-forma ta’ rigal tal-Milied li ntbagħat bil-posta u li kien indirizzat lil missierha li ta l-kunsens tiegħu biex tiftħu.Aqra aktar

Send this to a friend