Dylan Paul Farrell | One News - Part 8

Dylan Paul Farrell

Notifiki

2,000 suldat ieħor mal-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku

L-Istati Uniti mistennija jibatu mal-elfejn suldat ieħor fil-fruntiera tagħhom mal-Messiku. B’hekk in-numru ta’ uffiċjali mal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi se titla’ għal madwar 4,300.

Il-Pentagon qalu li s-suldati se jgħinu lill-aġenti għassa mal-fruntiera, jissorveljaw il-fruntiera, u jwaħħlu kilometri sħaħ ta’ razor wire – ilqugħ bix-xfafar tal-ħadid – bħala deterrent biex ma jkunx hemm min jaqsam il-fruntiera illegalment.

Dan il-pass wasal wara nuqqas ta’ qbil dwar il-bini ta’ ħajt bejn l-Istati Uniti u l-Messiku, li wassal għall-itwal shutdown fl-istorja tal-Gvern Amerikan.

Possibiltà ta’ gwerra ċivili fil-Venezwela

Il-President tal-Venezwela, Nicolas Maduro, qal li mhux jeskludi l-possibiltà li sseħħ gwerra ċivili f’pajjiżu, f’mument fejn qed tiżdied il-pressjoni fuqu biex jirriżenja.

F’intervista televiżiva Maduro wissa lill-President Amerikan Donald Trump illi jekk ifettillu jintervjeni fil-kriżi tal-pajjiż SudAmerikan, se jħalli l-White House imċappsa bid-demm.

Fl-istess waqt Maduro ċaħad l-istedina tal-Unjoni Ewropea li jsejjaħ elezzjonijiet ġodda.

Dan hekk kif il-Venezwela għaddej minn kriżi li wasslet biex miljuni ta’ ċittadini jaħarbu mill-pajjiż. Kriżi politika u ekonomika li waslet wara elezzjonijiet li bosta sostnew kienu inġusti hekk kif għadd ta’ kandidati lanqas biss tħallew jikkontestaw.

Intant, il-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Venezwela, Juan Guaidó iddikjara lilu nnifsu president temporanju wara li kiseb l-appoġġ tal-Istati Uniti fost pajjiżi oħra.

Inġabru aktar minn 864 tunnellata ta’ skart illegali s’issa fl-2019

Tul l-elfejn u tmintax, il-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ġabru mal-erbatax-il elf tunnellata ta’ skart mormi illegalment waqt li din is-sena, diġà nġabru aktar minn tmien mija u erbgħa u sittin tunnellata.

Żvela dan is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, Deo Debattista, fi żjara f’Paradise Bay fejn il-ħaddiema tad-Diviżjoni kienu qed jiġbru minn kull xorta ta’ skart li ntrema illegalment.Aqra aktar

Blazer jew tracksuit għall-iskola? Se jkollok ċans tagħżel int!

L-ewwel ta’ Frar jimmarka l-bidu tal-konsultazzjonijiet dwar jekk it-tfal fl-iskejjel tal-istat għandhomx ikollhom uniformi formali, jew tracksuit tal-iskola komda u sportiva.

Bejn l-ewwel u t-tmienja ta’ Frar din il-konsultazzjoni se tiffoka fuq l-istudenti tal-iskejjel medji u sekondarji, li se jkunu jistgħu jivvutaw onlajn għall-preferenza tagħhom.Aqra aktar

Ikkonfermata sentenza ta’ għomor il-ħabs lil immigrant li qatel raġel ieħor

Il-Qorti tal-Appelli Kriminali kkonfermat is-sentenza ta’ għomor il-ħabs għall-immigrant Fodie Keita mill-Mali.

Is-sena li għaddiet, ir-raġel ta’ 41 sena nstab ħati ta’ qtil li wettaq fis-sitta ta’ Ġunju 2010, fejn qrib iċ-ċentru l-miftuħ ta’ Ħal Far qatel lil immigrant ieħor bl-isem Adame Diabate ta’ tletin sena billi tah għadd ta’ daqqiet ta’ sikkina, u fl-aħħar faqalu rasu b’ġebla.

Eventwalment ħeba l-ġisem bla ħajja u ħadlu t-telefon ċellulari. Jidher li l-inkwiet bejn l-aggressur u l-vittma kien minħabba xi xogħol. Hekk kif is-sentenza ta’ għomor il-ħabs ġiet ikkonfermata, iridu jgħaddu tletin sena biex Keita jkun jista’ japplika għall-parole.

Send this to a friend