Dylan Paul Farrell | One News - Part 6

Dylan Paul Farrell

Notifiki

“Li taċċetta lilek innifsek hi parti mill-mixja fl-imħabba lejn Alla” – DRACHMA

Li naċċettaw lilna nfusna u s-sesswalità tagħna hija parti mill-mixja tagħna biex nikbru f’hajjitna u fil-grazzja ta’ Alla.

Kliem Christopher Vella, kordinatur fi DRACHMA – organizzazzjoni ispirata mill-fidi Kattolika u li tgħin persuni jintegraw is-sesswalità mal-fidi tagħhom.

Vella li huwa miżżewweġ lil Tyrone spjega li s-sesswalità mhix xi ħaġa ħażina jew perversa, imma don minn Alla li rridu ngħixuha b’mod integru u bilanċjat.

Saħaq illi tkun omosesswali ma jfissirx li tkun faċilment provokat sesswalment.Aqra aktar

Ingliż jinżamm arrestat b’rabta mal-qtil ta’ raġel ta’ nisel Malti fl-Ingilterra

Dean Dagless ta’ 48 sena se jitressaq il-Qorti f’Leeds mixli li t-Tlieta qatel lil St John Lewis, raġel ta’ 47 sena ta’ nisel Malti, b’daqqiet t’arma taqta’ u bil-ponta fl-Ingileterra.

Nies f’Leeds li kien jafu lil StJohn iddeskrivewh bħala raġel b’qalb tad-deheb, ta’ rispett kbir, u ġar tajjeb.

F’kummenti mat-Times of Malta, missier il-vittma, Alfie Lewis ta’ 72 sena li joqgħod Ta’ Xbiex, spjega li sar jaf bil-qtil ta’ ibnu permezz ta’ telefonata minn Fay Dowson, il-maħbuba ta’ St John.Aqra aktar

Send this to a friend