Dylan Paul Farrell | One News - Part 5

Dylan Paul Farrell

Notifiki

Żewġ studenti b’żewġ rekords ġodda Maltin

Dan Juan Scerri ta’ ħmistax-il sena – li solva r-Rubik’s Cube fi dsatax-il sekonda punt erbgħa ħamsa, u b’hekk ġie rikonoxxut minn Malta Records bħala l-iktar veloċi f’pajjiżna.

Fi klassi fil-Kulleġġ San Benedittu ltqajna miegħu, fejn flimkien ma’ sieħbu Erik Canova kienu qed jipprattikaw isolvu din il-logħba ta’ taħbil il-moħħ.

Jekk kien hemm elementi li wasslu lil Juan għal dan is-suċċess, kienu l-persistenza u d-determinazzjoni li jasal fejn jixtieq.

Fil-fatt, spjegalna li beda s-sekondarja fuq sieq ħażina, imma ddeċieda li jagħmel bidla.

“Li dejjem tkun trid li timxi ’l quddiem…Wara qatgħa li ħadt fil-Form 1 iddeċidejt li nibda nistudja iktar u li mmur tajjeb fl-iskola. U b’ħafna determinazzjoni rnexxili. Iġifieri la jirnexxi lili jirnexxilu kulħadd, mhux xi ħaġa impossibbli” qal Juan.

Fl-istess klassi ltqajna ma’ Constantin Alexandru u Shania Formosa, li kienu qed jitgħallmu s-sekwenza tal-Pi.

Numru li bosta jiftakru mill-lezzjonijiet tal-matematika, u li l-frazzjonijiet tiegħu huma infiniti.

Flimkien ma’ Juan, Constantin – ta’ sbatax-il sena – kiseb rekord nazzjonali ieħor, billi ftakar seba’ mija u tnejn u sebgħin numru f’din is-sekwenza.

“I felt like I had the urge to do something like a hobby… And as I love maths I took it as a chance to improve my memory” qalet Costantin.

U b’hekk il-persistenza ta’ dawn iż-żgħażagħ wasslithom biex jiġu rikonoxxuti bħala l-aqwa f’pajjiżna fi sfidi li madwar id-dinja jiġbdu l-kompetizzjoni ta’ eluf.

 

Tiżdied il-pressjoni fuq Theresa May

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May jista’ jirnexxilha tikseb iktar appoġġ dwar il-ftehim tagħha ta’ Brexit, jekk twiegħed li tirriżenja minn Prim Ministru.

Dan skont membri tal-Partit Konservattiv Ingliż, li qalu li jekk ikunu jafu li May mhux se tkun qed tieħu f’idejha l-istadju li jmiss tan-negozjati mal-Unjoni Ewropea, ikunu mħajra iżjed li japprovaw il-ftehim.

Aqra aktar

Imniedi ċentru speċjalizzat ta’ servizz.gov

Il-proġett ta’ servizz.gov qed ifisser li fix-xahar mal-erbgħin elf persuna jagħmlu użu min-numru 153, tlett elef u ħames mitt persuna jmorru fiċ-ċentru reġjonali, u s-servizzi online u fuq il-mobile jiġu aċċessati għaxart elef darba fix-xahar.

Biex is-servizz jilħaq lill-iżjed vulnerabbli fis-soċjetà, fil-Furjana nfetaħ Ċentru Servizz Familja, one-stop-shop ta’ servizz.gov li jipprovdi servizz ħolistiku espert għal pensjonanti u anzjani, persuni fuq il-benefiċċji soċjali u persuni qiegħda, persuni b’diżabilità u persuni vulnerabbli li jkunu jeħtieġu għajnuna soċjali; kif spjega l-Ministru Michael Falzon; li enfasizza li f’dan il-post iċ-ċittadini f’dawn is-sitwazzjonijiet ikunu mgħarrfa mis-servizzi li jistgħu jagħmlu użu minnhom.

Aqra aktar

Peter Agius ma jikkundannax l-aġir ta’ David Casa

Il-kandidat Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Peter Agius ma kkundannax l-aġir tal-kollega tiegħu David Casa, li fil-Qorti talab biex tiġi żvelata l-identitÀ ta’ sors ta’ storja ġurnalistika fil-konfront tiegħu. Aġir li twaqqaf mill-Qorti.

Agius qal “Ma nikkundannax kollegi tiegħi anzi aħna għandna solidarjetà bejn il-kollegi kandidati.”  Aqra aktar

Vassallo jwaħħal fi problemi tekniċi għan-nuqqas ta’ Gvern Nazzjonalista li ma jonorax il-kuntratti mar-raħħala tal-baqar

Fil-konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-pitkalija, id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li Gvern Nazzjonalista ma onorax il-kuntratti li għamel mar-raħħala tal-baqar li jmorru lura għall-2006 minħabba dawk li sejjaħ problemi tekniċi.

Vassallo qal li “Kien hemm sitwazzjonijiet tekniċi li ma setax jagħmel aħjar dakinhar. L-għażliet saru, u l-għażliet saru. Jistgħu jiġu kkritikati. Pero l-għażliet saru u ttieħdu kif ittieħdu f’dak iż-żmien. Illum ovjament kulħadd jista’ jgħid stajt għamilt differenti.” Aqra aktar

150 mudell ta’ ajruplani, vapuri, karozzi u iżjed fil-Mużew Marittimu

Mal-150 mudell qed jiġu eżibiti bħalissa fil-Mużew Marittimu fil-Birgu.

Din hija t-38 wirja annwali ta’ mudelli fi skala tas-Society for Scale Modellers (IPMS Malta), li qed ittella’ din l-eżibizzjoni flimkien ma’ mudelli minn IPMS Italy.

Il-mudelli eżibiti jinkludu ajruplani militari u ċivili, karozzi, trakkijiet, muturi, vetturi armati militari, kif ukoll klassijiet varji ta’ vapuri. Barra minn hekk hemm ukoll sezzjoni ddedikata lill-figurini.

Mudelli li bosta minnhom rebħu premji varji f’kompetizzjonijiet internazzjonali fl-aħħar snin – xogħlijiet ta’ arti tal-ogħla livell.

Din il-wirja għandha miftuħa sa għada t-Tlieta 19 ta’ Marzu bejn id-9am u l-5pm. Wirja li min jattendi għaliha jkollu l-possibilità jara lil membri tas-Soċjetà jaħdmu fuq xi mudelli dak il-ħin stess.

Send this to a friend