Dylan Paul Farrell | One News - Part 4

Dylan Paul Farrell

Notifiki

Il-poplu jkompli jsaħħaħ il-fiduċja fil-Partit Laburista

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika mill-gazzetti The Sunday Times of Malta u l-MaltaToday juru kif il-Partit Laburista għandu fiduċja ferm iktar mill-Partit Nazzjonalista.

L-istħarriġ tat-Times of Malta jindika li filwaqt li l-Partit Laburista għandu l-fiduċja ta’ disgħa u ħamsin fil-mija ta’ dawk li wieġbu li se jivvutaw fl-elezzjoni li ġejja, il-Partit Nazzjonalista għandu l-fiduċja ta’ sebgħa u tletin fil-mija tal-poplu.

Dak li t-Times issejjaħlu bħala l-inqas appoġġ għall-Partit Nazzjnalista sa minn wara l-Indipendenza.Aqra aktar

Ebda bużżieqa artifiċjali fis-suq tal-kostruzzjoni u l-propjetà

Studju aġġornat tal-kumpanija tal-awditjar KPMG juri li t-tkabbir fl-industrija tal-kostruzzjoni qed jimxi pass pass mat-tkabbir fl-ekonomija.

Iktar minn hekk, irriżulta li minkejja li fl-elfejn u sbatax is-suq tal-propjetà kiber b’rata ta’ madwar 9%, dan is-settur ma kienx dak bl-ikbar tkabbir fl-ekonomija Maltija.

F’konferenza tal-ahbarijiet f’Kastilja, li matulha l-Prim Ministru Joseph Muscat gie pprezentat b’dan l-istudju li ttratta wkoll is-suq tal-proprjeta f’Malta, ġie nnutat li dan qed jikber b’mod naturali u m’hemm ebda sinjal ta’ bużżieqa artifiċjali.

Il-Prim Ministru qal li “Kuntrarju għal dak li jippruvaw jgħidu xi wħud, ma teżisti ebda bubble fis-suq tal-propjetà. Iġifieri mhux qedin ibbażati f’suq tal-propjetà li hu bbażat b’xi mod jew ieħor solament fuq spekulazzjoni, fuq artifiċjalità, fuq ix-xejn.”Aqra aktar

FILMAT: Il-kumpanija Toly b’fabbrika ġdida f’Bulebel b’investiment ta’ €20 miljun


B’investiment ta’ madwar 20 miljun ewro il-kumpanija Toly li timmanifattura ppakkeġġjar ta’ prodotti kosmetiċi bniet u qed tirriloka f’ċentru ġdid u innovattiv fil-qasam industrijali ta’ Bulebel.

Fuq medda ta’ art ta’ 5,400 metru kwadru, permezz ta’ binja fuq 5 sulari l-impjant għandu kobor ta’ madwar 20,000 metru kwadru.Aqra aktar

Sorpriżi fl-elezzjonijiet fit-Turkija u l-Ukrajna

Il-Partit tal-President Tork Recep Tayyip Erdogan jidher li tilef l-appoġġ ta’ bosta, tant li fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fit-Turkija, tilef il-maġġoranza fil-kapitali Ankara, filwaqt li jidher li l-partit fl-oppożizzjoni se jikbse il-maġġoranza wkoll f’Istanbul.

B’risposta għal dik li tidher hija daqqa qawwija kontra s-sittax-il sena tmexxija tiegħu, Erdogan ġie kkwotat jgħid li minnufih se jiġu identifikati n-nuqqasijiet eżistenti, u jiġu kkoreġuti.Aqra aktar

Blockchain għal dawk li huma ġodda fis-suġġett

Il-passi ta’ ġgant li għamlet Malta fl-aħħar xhur fit-teknoloġija tal-blockchain u d-DLT wasslu biex pajjiżna jiġi mlaqqam bħala ‘The Blockchain Island’.

Però, minkejja dan, ftit huma dawk li verament jifhmu x’inhu l-blockchain, u x’jista’ jfisser għall-ħajjiet u l-futur tagħna.

Għaldaqstant Mathhew Sacco u Jasper De Trafford, żewġ professjonisti fil-qasam tat-teknoloġija u s-servizzi finanzjarji, issieħbu f’inizjattiva ta’ diskussjoni fuq x’inhu blockchain – sabiex dan il-kunċett jinftiehem anke minn dawk li huma ġodda għal din it-teknoloġija.

Staqsejnihom fi ftit kliem jispjegaw x’inhi blockchain.,

“Fil-verita toffri sistema fejn persuna jibghat xi haga ta valur lil persuna ohra minghajr ebda entita fin-nofs. Iġifieri hija sistema decentralizzata.”

Għaldaqstant kull sistema li taħdem bit-teknoloġija tal-blockchain taħdem permezz ta’ programm jew programmi, u r-riżorsi fil-kompjuters ta’ dawk kollha li jagħmlu użu minnhom.

“Id-data tigi storjata fil-blockchain li teżisti fuq in-network li qiegħda distributed fost in-nodes kollha, il-ħafna persuni, il-ħafna persuni fid-dinja, kollha connected bl-internet insomma.”

“Igifieri min just jibghat tranzazzjoni normali ta’ flus per ezempju. Min jiehu hsieb li jiccekkja li dawk il-flus jistghu jintbaghtu, min jivverifika t-tranzazzjonijiet. U ghalhekk hemm dinamika shiha li ahna nsejhulha bhala blockchain.”

Din is-sistema, qalulna, tista’ tintuża f’bosta setturi, u tipprovdi sigurtà fuq l-awtentiċità u l-korrettezza tal-informazzjoni.

“Hemm diversi teknologiji li jistghu jsolvu l-problemi, u l-blockchain hi wahda minnhom. Bit-tajjeb u l-hazin taghha.”

L-għan aħħari ta’ dan l-avveniment – bl-isem Blockchain for Beginners, In Aid of Save Valletta Skyline – lil hinn mill-informazzjoni dwar din it-teknoloġija ġdida, hu li jikber l-għarfien u jinġabru iżjed fondi sabiex tiġi rrestawrata l-pro katidral ta’ San Pawl fil-Belt, li l-koppla tagħha – spjegawlna – tinsab fi stat ħażin ħafna.

Avveniment li se jsir fil-Palazzo De La Salle fil-Belt Valletta fit-tmienja u għoxrin ta’ Marzu fis-sitta u kwart ta’ filgħaxija

Send this to a friend