Dylan Paul Farrell | One News - Part 32

Dylan Paul Farrell

Notifiki

Miet missieru – se jilgħab biex jonora x-xewqa tiegħu

L-esperjenza tal-kaptan tat-tim Kroat f’EURO2016, Darijo Srna, se tkun waħda li mhu se jinsa qatt.

Il-Ħadd li għadda, il-Kroati – b’Srna fil-grawnd – bdew EURO2016 b’rebħa importanti kontra t-Turkija. Rebħa li għal Srna kellha togħma morra, hekk kif kien mgħarraf li missieru miet. Minnufih mar għall-funeral, imma ma kellux wisq ċans jibki t-telfa, hekk kif illum reġa’ jinsab fi Franza għall-logħba kontra l-Kroazja.Aqra aktar

Jitkellem dwar dak li qatt ma ra bħalu

Benny Camilleri, bidwi ta’ esperjenza, tkellem dwar kif l-istaġun tax-xitwa li għadda huwa wieħed li qatt ma ra bħalu. F’intervista ma’ ONE NEWS fil-jum li tħabbar li l-bdiewa se jingħataw għajnuna minħabba d-diffikulta li sofrew bin-nuqqas ta’ xita, Camilleri rrakkonta kif imnalla kellu ħażna tal-ilma biex bħal bniedem qed jgħereq qabad ma’ xi ħaġa. Iżda, fil-filmat li jidher hawn taħt isostni li dan ma jfissirx li jkun sar tajjeb għan-nuqqas ta’ xita. Aqra aktar

“Busuttil aħjar iħares madwaru” – Partit Laburista

Għal Simon Busuttil, huwa minħabba t-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat li l-Partit Nazzjonalista għadu jistenna żewġ siġġijiet fil-Parlament.

F’intervista fuq ir-Radju tal-Partit Nazzjonalista, Busuttil, f’attakk indirett lejn il-Qorti, jemmen li l-Partit Nazzjonalista missu ilu li ingħatawlu dawn is-siġġijiet. Dan mingħajr ma’ Busuttil ta ebda kunsiderazzjoni għall-proċeduri tal-Qorti, u l-kunċett ta’ proporzonalità, jiġifieri li n-numru ta’ siġġijiet fil-Parlament bħalissa jirrifletti d-distakk ta’ voti fl-aħħar elezzjoni.Aqra aktar

Ħafna bil-#WOW tagħhom

Walk on Water – id-diska li biha Ira Losco qed tirrapreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest – tinsab mhux biss fuq fomm bosta, imma anke fil-kordi vokali u t-talent ta’ numru ta’ mużiċisti, u entużjasti tal-festival Ewropew.

Tiftixha online twassalna għal verżjonijiet li jvarjaw mhux ftit.

Ara l-filmat bil-munaġġ ta’ Andrea Sacco-Baldacchino

 

Send this to a friend