Dylan Paul Farrell | One News - Part 3

Dylan Paul Farrell

Notifiki

Il-Papa b’appell għad-djalogu u l-waqfien mill-ġlied

Kristu jgħix. Hu t-tama tagħna. Kulma jmiss isir żagħżugħ; ġdid; jimtela’ bil-ħajja.

Dan il-messaġġ tal-Papa Franġisku fil-messaġġ tiegħu Urbi et Orbi fl-okkażjoni tal-Għid il-Kbir.

Fil-messaġġ tiegħu, il-Papa qal kif laqa’ b’dieqa l-aħbar tal-attentati fil-knejjes u postijiet oħra fis-Sri Lanka, u tenna kif qalbu tmur mal-komunità kristjana li kienu miġbura għat-talb, u l-vittmi kollha.Aqra aktar

Itemmu s-sekondarja b’donazzjoni ġeneruża għal Dar Bjorn

Għażlu li jtemmu l-ħames snin tagħhom fis-sekondarja, b’għotja ta’ €1000 ewro biex isseħħ il-ħolma ta’ Bjorn Formosa li jiftaħ it-tieni dar tiegħu għal persuni fil-bżonn.

Dawn huma l-istudenti fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Kirkop.

Wara li s-sena li għaddiet il-grupp tal-ħames sena għażlu li jqaxxru xagħarhom u ġabru s-somma ta’ €450 għal Puttinu Cares; din is-sena ħarġu bl-idea li jagħmlu t-shirt personalizzat. Inizjattiva li ġabet għadd ta’ donazzjonijiet biex inġabret is-somma sabiħa ta’ €1000 għal Dar Bjorn.

Fil-preżentazzjoni tas-somma lil Bjorn, kien spjegat kif meta nibtet din l-idea, kien hemm grupp ta’ iktar minn 200 student, flimkien ma’ għadd t’għalliema, li wrew għaqda liema bħalha biex dan il-proġett iseħħ. Għaqda u ħidma li ġibdet individwi oħra li offrew id-donazzjonjiet tagħhom.

F’diskors żgħir tal-okkażjoni, Bjorn spjega li Dar Bjorn f’Ħal Qormi qed tħalli l-frott, imma hemm iżjed nies li jeħtieġu l-għajnuna; u għalhekk is-sejħa biex tinfetaħ it-tieni dar.

Innota kif sentejn ilu din l-iskola diġà kienet ġabret €10,000 minn għadd ta’ attivitajiet, u din is-sena komplew bl-għajnuna tal-istudenti tal-ħames sena inġabru dawn l-€1000 ewro oħra.

Iżda dan mhux tmiem l-attivitajiet għal din l-iskola. Fil-fatt għandhom fil-pjanijiet tagħhom li fit-28 ta’ Ġunju jorganizzaw Festa Komunità fejn waqt li jiġi organizzat Barbecue ser ikun hemm attrazzjonijiet varji, fosthom xow tal-karozzi Amerikani u kant u żfin minn bosta personalitajiet popolari. Attivitajiet li wieħed jista’ jsegwi fuq il-paġna ta’ Facebook “Benedittu Productions”

Servizzi ġodda mill-berġa ta’ Ħ’Attard

Il-komunita ta’ Ħ’Attard għandha berġa ġdida u moderna minn fejn se jibdew jingħataw aktar servizzi mediċi.

Dan bħala parti mill-programm u l-mira tal-Gvern li s-servizzi mediċi jitressqu kemm jista’ jkun aktar qrib iċ-ċittadin, kif spjega d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Aqra aktar

Send this to a friend