Dylan Paul Farrell | One News - Part 2

Dylan Paul Farrell

Notifiki

Minn tal-inqas 65 immigrant jitilfu ħajjithom barra l-kosta tat-Tuneżija

Minn tal-inqas ħamsa u sittin immigrant tilfu ħajjithom ’il barra mill-kosta tat-Tuneżija, wara li d-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet.

Sostniet dan l-Agenzija għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-UNHCR, filwaqt li żiedet tgħid li sittax-il immigrant ieħor ġew salvati, li ttieħdu lejn il-kosta mill-Awtoritajiet Navali Tuneżini.

Aqra aktar

Appell għal iżjed infermiera

Fl-2013 kellna 2,900 infermiera. Illum għandna kważi 3,600; żieda ta’ 700. Però, biż-żieda fis-servizzi, żieda fil-popolazzjoni, u popolazzjoni li qed tixjieħ, jibqa’ l-bżonn ta’ iżjed infermiera.

Qal dan il-Ministru għas-Saħħa u Deputat Prim Ministru Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet mat-tmexxija tal-MUMN – il-Unjin Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel.Aqra aktar

Il-PL f’Malta ttrasforma l-pajjiż bil-kisbiet kbar li għamel fl-aħħar snin – il-Viċi President tal-KE

Nawguralkom, għax Malta llum hija ġawhra fl-Unjoni Ewropea. Art ta’ ugwaljanza. Malta li fl-aħħar snin imxiet ħafna l quddiem, u li għandha triq sabiħa quddiemha.

Dan kliem il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, u kandidat għal President tal-istess Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans.

Timmermans tenna li issa huwa ż-żmien li l-Ewropa tkun iktar soċjali, fejn tinqata’ għalkollox id-differenza fid-dħul bejn l-irġiel u n-nisa, u għal ugwaljanza sħiħa.

U huma f’dawn il-mumenti kruċjali li Malta trid tkun hi li tmexxi.

Fid-diskors tiegħu semma’ kif il-ħidma tal-Kummissarju Ewropew Malti Karmenu Vella qed tħalli l-frott. Ħidma favur inqas skart, u tnaqqis tal-użu tal-plastik fl-ibħra tagħna.

Is-Sur Timmermans staqsa lin-nies kif kienu ħames snin ilu, kif jinsabu llum, u fejn iridu jkunu fil-ħames snin li ġejjin. U jaħsbu sew liem partit se jwassalhom hemm.

Tenna li dan hu l-mument tas-soċjalisti demokratiċi.Aqra aktar

Send this to a friend