Dylan Paul Farrell | One News - Part 17

Dylan Paul Farrell

Notifiki

Telefonati qarrieqa li jisirqulek il-kreditu

Fl-aħħar żmien kienu bosta dawk li fuq il-mobile tagħhom irċivew telefonati minn pajjiżi oħra, fosthom mis-Somalja, is-Seychelles jew l-Iżvizzera.

Telefonati li però ħafna drabi ma jagħtukx ċans twieġeb, bl-iskop warajhom ikun li inti terġa’ ċċempillhom lura.

Dwar dan l-Ispettur tal-Pulizija fi ħdan is-Cyber Crime Unit, Timothy Zammit, spjegalna kif f’din l-iskema qarrieqa persuna tirċievi telefonata, jew SMS b’messaġġ tat-tip “ċempel lili emerġenza”.

Spjega li “li jkun qed jiġri f’każijiet bħal dawn huwa li l-persuna n-naħa l-oħra qed tipprova ġġegħlek iċċempel lura. Il-mument li inti ċċempel lura, qiegħed iċċempel fuq numru premium rated number, li allura l-cost, iċ-charge li se teħel ghalih huwa ta’ iktar minn telefonata normali u f’ċertu każijiet iwassal għal diversi euros jew għexieren ta’ euros.”Aqra aktar

Ta’ 90 sena u għadu jaħdem in-nar li kien se jeħodlu ħajtu tliet darbiet

Iltaqa’ mal-mewt tliet darbiet, imma daqstant drabi daħkitlu x-xorti.

Peppi Mangion, li ftit ġimgħat oħra jagħlaq disgħin sena, beda jaħdem in-nar tal-festa lura meta kellu sittax-il sena, u tul is-sebgħa u sittin sena li dam jaħdem in-nar, fi tliet okkażjonijiet helisha hafif.

Ħadna lura fl-elf disa’ mija u tmienja u ħamsin meta tnejn minn sħabu tilfu ħajjithom.

sieħbi kien qed jippakkja l-kulur barra – sparkjatu, ħarġet l-istilla u ġiet fil-bitħa tal-kamra fejn konna qegħdin. Għidtilhom ‘iġru iġru’ – u l-ieħor…ta’ warajja ma setax joħroġ kien oħxon, qabditu l-blata tal-bieb, miet. U kellna l-muturi wara tal-kamra, ma laqtitomx ġebla, u bil-mutur inżilna.

Fis-sena elf disa’ mija u sebgħin għadda mill-agħar esperjenza għalih, meta kien ġarrab ġrieħi serji ħafna.

Għidtlu xarrabha l-kargiera. Ma xarrabhiex , qabdet, qabbad lili u nxtwejt, u għamilt 3 xhur l-isptar, ħa mmut u ma mmutx. 

Minkejja l-ġrieħi serji, qalbu baqgħet mal-kamra tan-nar. Ibnu Joseph irrakkontalna ġrajja meta missieru kien l-isptar minħabba n-nar.

Hin minnhom daħal il-professur Anglu Psaila. Qallu kif inti pepp? Qallu, xejn ejja ħa mmur l-għalqa, ħallik milli kif jien. Kien qed jirreferi li jmur il-kamra tan-nar, maħruq kif kien u xorta ried jitla’ l-kamra.

Peppi kien involut f’inċident ieħor fl-elfejn u disgħa, meta ra l-mewt ta’ kollega ieħor tiegħu.

Staqsejna lil Peppi għaliex, minkejja li ra dawn it-traġedji, u kien hu stess li kien fix-xifer li jitlef ħajtu, baqa’ jaħdem in-nar propju sa ħames snin ilu. Hawnhekk, minbarra l-imħabba għan-nar, spikkat id-devozzjoni għall-Madonna.

Għidtilha salvajtni, nibqa’ naħdem.

Qaluli gib il-madonna minn hemm gew u rringrazzjaha. Ghidtilha inti hallejtni haj, nibqa nahdem ghalik.

Peppi kien magħruf l-iktar għall-murtali tal-kulur. Staqsejnieh kif kien jagħmilhom.

Bir-riċetti hu dak per eżempju l-ħadra etc etc etc, tagħrbilhom flimkien, tagħġinhom, ixxarrabhom, u tippressahom bħal tappijiet. U mbagħad meta tinxef, tippakkjahom fl-iskartoċċ.

Spjegalna li wara x-xogħol kien jibqa’ sejjer il-kamra…dejjem hemm…u dejjem ħadem b’xejn, u dan ix-xogħol kien jaghmlu minn qalbu.

Għal madwar ħmistax-il sena refa’ wkoll fil-purċissjoni tal-festa, però n-nar baqa’ l-għeżeż għalih. Xi ħaġa li minħabba saħħtu waqaf jagħmel ħames snin ilu.

L-imħabba tiegħu għan-nar ħarġet meta staqsejnieh x’parir jagħti liż-żgħażagħ, konxju li s-sigurtà llum żdiedet ħafna.

 

B’nostalġija, Peppi wriena r-ritratti tas-sehem tiegħu fil-festa fl-imgħoddi, u bla dubju li n-nar ta’ din is-sena ta’ Santa Marija, se jkun qed jiflih sew.

Il-fundatur tal-organizzazzjoni dinjija THU b’tifħir għal Malta

‘Malta kapaċi tkun ċentru diġitali innovattiv għall-Ewropa.’ Hekk jemmen Andre Luis, il-fundatur ta’ THU, organizzazzjoni dinjija li tlaqqa’ fi ħdana l-aqwa mħuħ fl-industrija diġitali.

Skont hu, din, flimkien ma’ għadd ta’ raġunijiet oħra, fosthom il-pożizzjoni ġeografika u l-viżjoni tal-Gvern Malti għas-settur, kienet ir-raġuni għalfejn għażel li jmexxi l-organizzazzjoni tiegħu lejn pajjiżna.

Fil-fatt, fit-tliet snin illi ġejjin, pajjiżna se jospita wieħed mill-iktar avvenimenti importanti fl-industrija diġitali – dan hekk kif f’Settembru li ġej, aktar minn elf u ħames mitt persuna se jattendu għas-sitt edizzjoni tat-THU 2018 VALLETTA MALTA li se tittella fil-Forti Sant’Iermu.Aqra aktar

Sajjetta fil-Mosta setgħet xegħlet 106,000 bozza tal-mija

Il-maltempata li laqtet lil pajjiżna tul il-jum tal-Ħadd ħasdet lil bosta.

Però Brian Micallef, meteorologu tal-Uffiċċju Meteoroloġiku spjegalna li maltempata bir-ragħad hija normali għal Awwissu.

Brian qal li “Per eżempju s-sena li ghaddiet ma kienx hemm f’Awwissu. Ta’ qabel, 2016 kien hemm 1. 2015 kien hemm 3. Pero normalment ikollna ġurnata waħda li jkollna maltempata bir-ragħad.”

Din il-maltempata kienet ikkawżata minn arja instabbli minn fuq it-Tuneżija, li bdiet ġejja lejn Malta, u ġabet magħha din ix-xita bir-ragħad.Aqra aktar

L-MFSA b’liċenzji ġodda minn Ottubru għal operaturi tal-cryptocurrency

F’Ottubru li ġej l-Awtorita Maltija għas-Servizzi Finanzjarja mistennija tkun f’pużizzjoni li tibda tipproċessa u toħroġ liċenzji għal operaturi fejn għandu x’jaqsam Assi Finanzjarji virtwali. Proċess li dwaru l-Awtorita għaddejja b’konsultazzjoni.

Sostna dan il-Kap Eżekuttiv tal-istess Awtorita, Joseph Cuschieri, f’intervista ma’ One News.

Din, tenna s-Sur Cuschieri hija ħolqa fi strateġija biex pajjiiżna jkun minn ta’ quddiem nett fit-teknoloġija tal-Fintech – servizzi tat-teknoloġija tal-finanzi.

Cuschieri qal li “U aħna nemmnu li Malta tista’ tkun leader fl-Ewropa f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Fintech. U fil-fatt issa qed infasslu strateġija biex is-sena ddieħla invaraw il-viżjoni tagħna ta’ Malta fejn trid tkun fil-Fintech.”Aqra aktar

Send this to a friend