Dylan Paul Farrell | One News - Part 13

Dylan Paul Farrell

Notifiki

Iffirmat ftehim settorjali bejn il-Gvern u l-MUMN

Issiġillat il-ftehim settorjal bejn il-Gvern u l-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN. F’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ġie ffirmat il-ftehim għall-ħames snin, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li l-professjonisti se jgawdu minn titjib fil-paga, u possibiltajiet aħjar ta’ titjib fil-karriera taghhom.Aqra aktar

Lejn riforma dwar kif joperaw is-swieq fil-beraħ

Tnediet il-White Paper għal riforma tas-swieq fil-beraħ, li se tkun miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika ghat-tliet ġimgħat li ġejjin, sal-14 ta’ Diċembru. F’pajjiżna hawn 21 suq fil-beraħ li għandhom bejniethom mal-1,600 post. L-għan tal-White Paper hu li toħloq bilanċ bejn l-interessi tal-bejjiegħa, tal-konsumaturi u tar-residenti.Aqra aktar

1,077 Malti jiksbu servizzi f’żoni remoti

L-idea nibtet fl-1969 fl-ewwel konvenzjoni għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta, u saret realtà f’Mejju ta’ sentejn ilu. Qed nitkellmu dwar is-servizz ta’ Consul of the Move, fejn Maltin li jgħixu f’żoni remoti barra minn xtutna jingħataw is-servizzi konsolari bħal passaporti u ċittadinanza. Servizz li diġà għamlu użu minnu elf u sebgħa u sebgħin persuna.Aqra aktar

46 inġinier jiksbu l-warrant

46 inġinier ingħataw il-warrant biex ikunu jistgħu jipprattikaw il-professjoni tagħhom. F’ċerimonja qasira, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg awgura lil dawn l-inġiniera tal-ħidma tagħhom, u spjega kif l-iżvilupp b’saħħtu li għaddej minnu pajjiżna jfisser il-bżonn ta’ professjonisti u inġiniera ta’ kwalità. Aqra aktar

Jitwettqu 79% tal-miżuri mħabbra fil-Baġit 2018

Tul din is-sena twettqu 178 miżura tal-Baġit 2018. Dan ifisser 79% tal-miżuri fil-Baġit ta’ din is-sena. Numru li mistenni jitla’ sal-aħħar tas-sena.

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar spjega li dan jixhed kontabbiltà u effiċjenza, anke għaliex huwa sitt punti perċentwali fuq il-medja tas-snin li għaddew. Aqra aktar

Send this to a friend