Dylan Paul Farrell | One News - Part 12

Dylan Paul Farrell

Notifiki

ARA: 15-il lukanda b’certifikat ambjentali

15-il lukanda ngħataw iċ-ċertifikazzjoni ECO mill-Awtorità tat-Turiżmu wara li segwew kriterji stretti favur il-ħarsien tal-ambjent naturali u dak socjali.

Fl-għoti taċ-ċertifikati kien spjegat kif dawn il-kriterji huma maqsuma fi 11-il taqsima, fosthom l-użu ta’ enerġija nadifa, immaniġġjar tal-iskart, kontributi lejn il-protezzjoni u l-konservazzjoni ta’ siti storiċi, u l-komunikazzjoni mal-klijent dwar il-wirt kulturali lokali.Aqra aktar

‘Politico’ tagħti titlu lil Miriam Dalli bħala politiku li twettaq

The Eco-Warrior, u politiku li twettaq, dawn it-titlu u l-klassifikazzjoni mogħtija lill-Membru Parlamentari Ewropew Maltija Miriam Dalli mis-sit awtorevoli Politico.

Fil-fatt Dalli tinsab f’lista ta’ 28 persuna: “doers, dreamers and disruptors” – nies li b’ħidmiethom mistennija jinfluwenzaw l-Ewropa tul is-sena d-dieħla. U filwaqt li hija l-uniku membru parlamentari ewropew fil-lista, hija wkoll l-ewwel politiku Malti li ngħatat dan ir-rikonoxximent, fejn ġiet ikklassifikata bħala ‘doer’ jew aħjar persuna li twettaq.Aqra aktar

Il-K.E. pożittiva dwar il-passi li qed tieħu Malta dwar il-qasam ambjentali

Il-Kummissjoni Ewropea tinsab pożittiva dwar il-passi li qed jieħu pajjizna dwar l-ambjent, partikolarment fejn jidħol it-tnaqqis u r-riciklaġġ tal-iskart.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella spjega kif il-Kummissjoni Ewropea qed tinnota pożittivament il-ħidma ta’ pajjiżna f’dan l-aspett, fosthom is-separazzjoni tal-iskart organiku, l-iskema ta’ rifużjoni fuq il-fliexken tal-plastik.Aqra aktar

L-Ukrajna titlob l-appoġġ tan-NATO

Il-President Ukren Petro Poroshenko ħeġġeġ lin-NATO, l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, biex tibgħat bastimenti tagħha fil-baħar Azov.

Dan wara konfront navali bejn il-forzi Russi u dawk Ukreni ftit ’il barra mill-Krimea, nhar il-Ħadd li għadda.Aqra aktar

Il-Ministeri tal-Gvern għamlu 786 talba lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tul is-sena li għaddiet


Tul is-sena li għaddiet, il-Ministeri tal-Gvern għamlu 786 talba lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku biex din tapprovalhom ħatriet qabel jingħataw.

Dan jirriżulta mir-rapport annwali tal-istess Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, li l-missjoni tagħha hi li tagħti pariri u rakkomandazzjonijiet lill-Prim Ministru dwar ħatriet, promozzjonijiet, tneħħija u azzjonijiet dixxiplinarji fis-servizz pubbliku.Aqra aktar

Send this to a friend