Dylan Paul Farrell | One News - Part 11

Dylan Paul Farrell

Notifiki

974 arrestati u 118 midruba fi Franza- il-PM Franċiż jappella għall-għaqda u d-djalogu

Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe wiegħed li jġib lura għaqda nazzjonali. Dan wara li għar-raba’ tmiem il-ġimgħa konsekuttiv, il-protesti fi Franza, partikolarment fil-kapitali Pariġi, kienu vjolenti.

Tul il-jum tas-Sibt il-Pulizija Franċiża użat il-gass tad-dmugħ u balal tal-lasktu fil-konfront tad-dimostranti fil-protesti.Aqra aktar

Ara x’jiġri meta l-mużika ssir ħaġa waħda mal-umanità

Jekk qatt kien hemm bżonn ta’ prova li l-arti u l-mużika jistgħu jingħaqdu mal-umanità ta’ kull wieħed u waħda minnha, nistgħu nsibuha f’wirja mill-isbaħ li s-Saint Paul Chamber Ensemble kellha f’sensiela ta’ kunċerti fil-Polonja.

Fost għadd ta’ kunċerti fl-okkażjoni tal-mitt anniversarju tal-Indipendenza Pollakka u l-mitt anniversarju tar-Rivoluzzjoni tal-Gran Polonja, f’Novembru, spikka workshop fi skola ma’ tfal b’diżabilità.Aqra aktar

Taħditiet ta’ paċi dwar il-gwerra ċivili fil-Jemen

Rappreżentanti tal-Gvern tal-Jemen u membri mill-grupp ribelli fl-istess pajjiż, mistennija jiltaqgħu llum fl-Iżvezja biex jibdew mill-ġdid taħditiet ta’ paċi.

Dan fi sforz ieħor min-Nazzjonijiet Magħquda biex tinstab soluzzjoni għall-gwerra ċivili fil-Jemen – sitwazzjoni deskritta bħala l-agħar kriżi umanitarja ta’ żmienna, b’eluf tilfu ħajjithom, u miljuni li spiċċaw jgħixu fil-faqar u l-ġuħ.Aqra aktar

ARA: 15-il lukanda b’certifikat ambjentali

15-il lukanda ngħataw iċ-ċertifikazzjoni ECO mill-Awtorità tat-Turiżmu wara li segwew kriterji stretti favur il-ħarsien tal-ambjent naturali u dak socjali.

Fl-għoti taċ-ċertifikati kien spjegat kif dawn il-kriterji huma maqsuma fi 11-il taqsima, fosthom l-użu ta’ enerġija nadifa, immaniġġjar tal-iskart, kontributi lejn il-protezzjoni u l-konservazzjoni ta’ siti storiċi, u l-komunikazzjoni mal-klijent dwar il-wirt kulturali lokali.Aqra aktar

Send this to a friend