Dylan Paul Farrell | One News - Part 10

Dylan Paul Farrell

Notifiki

ARA: “Bil-viżjoni tal-PM, dawn il-proposti ġodda jistgħu jsaħħu s-saltna tad-dritt”- il-Profs. Ray Mangion dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja

Il-Professur fil-Fakultà tal-Liġi, Raymond Mangion, spjega li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja dwar it-tisħiħ tal-istituzzjoni f’pajjiżna jsegwu bosta bidliet li daħħal il-Gvern fl-aħħar snin fosthom il-liġi tal-whistleblower, it-tneħħija tal-preskrizzjoni, u l-liġi tal-finanzjament tal-partiti.

Aqra aktar

Kisba b’saħħitha għal Miriam Dalli dwar it-tnaqqis fl-emmissjonijiet minn karozzi ġodda

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew waslu għal ftehim biex jonqsu l-emissjonijiet mill-karozzi u vannijiet żgħar u ġodda sas-sena 2030. Il-ftehim kien possibbli permezz tal-pożizzjoni determinata tal-Membru Parlamentari Ewropea Miriam Dalli li bħala negozjatur żgurat li sal-2030, l-emissjonijiet mill-karozzi ġodda jonqsu b’37.5%. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Iffirmat ftehim biex jibdew jinġabru l-fliexken tal-plastik

Iffirmat memorandum of understanding bejn l-Aġenzija għall-Irkupri tar-Riżorsi u r-Riċiklaġġ u Joint Venture mill-industrija sabiex tibda l-ħidma fuq l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ritorn ta’ fliexken tal-plastik.

Skema li l-ħsieb hu li tibda tkun implimentata lejn l-aħħar tas-sena d-dieħla.

Skema li l-privat se jinvesti fiha mal-€10 miljun.Aqra aktar

Iżjed faċilitajiet għar-residenti fix-Xgħajra

B’€211,000 mill-Fond għall-Proġetti Kapitali, il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra se jkun jista’ jkompli bil-ħidma tiegħu sabiex taħt il-bandli jkun hemm faċilitajiet ġodda għall-komunità.

Primarjament din se tikkonsisti minn multi-purpose hall għal għadd ta’ attivitajiet għat-tfal, żgħażagħ u anzjani; flimkien ma’ faċilitajiet sanitarji għall-irġiel u n-nisa.Aqra aktar

Send this to a friend