Dinah Seguna – One News

Dinah Seguna

Dinah Seguna hija l-Koordinatur tar-Relazzjonijiet Pubblici fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni u hija minn Ħal Luqa. Gradwata fl-Ispanjol u Relazzjonijiet Internazzjonali, u għal 4 xhur segwiet l-istudji tagħha fl-Università ta' Oviedo Spanja bħala parti mill-programm Erasmus. Serviet għal xi snin bħala ġurnalista fil-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ ONE, u issa qed issegwi Masters fid-Diplomazija u Relazzjonijiet Internazzjonali.

Notifiki

Xi tfisser id-DELTA Summit għal Malta?

Il-jiem ta’ bejn it-3 u 5 t’Ottubru se jitfgħu dawl fuq dak li kiseb pajjiżna f’temp ta’ ftit xhur fil-qasam diġitali, partikolarment f’teknoloġiji ġodda magħrufa bħala Distributed Ledger Technologies , bħall-Blockchain.  Dan permezz tad-DELTA Summit, li se jiġbor fih l-aktar nies voċiferi li huma l-uċuħ ta’ Rivoluzzjoni Blockchain, jew kif isejħulha l-esperti, ir-Raba’ Rivoluzzjoni Industrijali b’impatt daqs l-invenzjoni tal-Internet.

Id-DELTA Summit se tesponi lil Malta bħala d-dar għall-innovazzjoni ekonomika, il-post li jilqa’ t-teknoloġja ġdida, u bħala l-għażla naturali għall-investituri li joperaw f’dan il-qasam.

Malta saret l-ewwel ġurisdizzjoni fid-dinja li toffri qafas regolatorju li jirregola dan il-qasam b’mod li ma joħnoqx l-innovazzjoni.  Il-Gvern ra li jagħti ċertezza legali lil dan is-settur, liema ċertezza hija bbażata fuq 3 prinċipji, l-istabilità tas-suq, l-integrità tas-suq u protezzjoni lill-konsumatur. Viżjoni li kienet milqugħa ferm, b’kumpaniji ewlenin f’dan il-qasam ħabru d-deċiżjoni tagħhom li jirrilokaw jew li jkollhom xi tip ta’ preżenza f’Malta.Aqra aktar

Mhux biex inkun martri

Li tkun martri ma jfissirx li tkun vittma ta’ xi sitwazzjoni. Għal kuntrarju, li tkun martri tfisser li tibqa’ żżomm sal-aħħar mal-prinċipji tiegħek. Fil-każ ta’ dan l-aħħar, kien hemm min biddel is-sinjifikat tal-kelma ta’ taħt fuq. Iżda agħar minn hekk, irridikulat għal kollox dak li għaddew minnu it-tfal tal-Prim Ministru fil-15-il xahar ta’ saga fuq storja ffabrikata mill-bidu sal-aħħar fl-għama tal-poter.

Kumment li ħareġ minn fomm persuna li forsi minħabba t-twemmin politiku, dak li jkun kien iħossu aħjar minn ħaddieħor, jew li dak it-twemmin politiku huwa iżjed prestiġġjuż minn ieħor. Aqra aktar

Mill-Ġermanja għal Franza

Ikolli nammetti li m’inhix intiża ħafna fl-isports, wisq inqas fil-futbol, iżda anke jekk ma tkunx, it-Tazza tad-Dinja tiġbed l-interess ta’ kulħadd, f’kull rokna tad-dinja, mill-kbir għaż-żgħir. Lanqas mhi l-intenzjoni tiegħi li nanalizza r-riżultat, iżda ċertament kellna rebħa meritata. Kienet Tazza tad-Dinja li tat sorpriżi, b’riżultat li ftit li xejn kien mistenni –filli l-Ingliżi determinati li Football is coming Home u filli Hugo Lloris qed jgħolli t-tazza għat-tim Franċiż. Iżda jekk tħares lejha minn lenti differenti, faċilment tinnota s-saħħa tad-diplomazija sportiva, liema waħda li jkolli ngħid li għandha l-akbar impatt fuq in-nies.

Nieħdu eżempju, l-Olimpjadi tal-2018 ressqu ‘l quddiem żewġ pajjiżi li ilhom snin għedewwa ta’ xulxin: Il-Korea ta’ Fuq u l-Korea ta’ Isfel. Dan meta t-tim tal-hockey kien ippreżentat minn parteċipanti miż-żewġ naħat. Deċiżjoni politika li waslet biex ftit wara ż-żewġ mexxejja li kienu għedewwa ħadu b’idejn xulxin f’żona li tifridhom.

Fit-Tazza tad-Dinja konna xhieda ta’ diplomazija sportiva li bil-prestazzjoni u riżultati ta’ ċertu pajjiżi bagħtu sinjal ċar lid-dinja u lill-popli tagħhom.

Bla dubju, l-Ingilterra kien wieħed minn dawn il-pajjiżi. Fl-eqqel tat-Tazza tad-Dinja, l-Ingliżi ma kellhomx ġimgħa faċli bil-Prim Ministru Theresa May tħabbat wiċċha ma’ riżenji marbuta mal-mod ta’ kif qed tmexxi n-negozjati Brexit. Irridu ngħdu li wara d-deċiżjoni tal-poplu Ingliżi, l-Ingilterra bdiet taffaċja iżolament fuq pjattaforma internazzjonali li affettwat xi ftit il-vuċi tagħha. Iżda t-Tazza tad-Dinja kienet is-sors li tat lura relevanza li dehret mitlufa. Fi sfond ta’ sitwazzjoni kaotika fil-pajjiż, t-Tazza tad-Dinja tat ċertu struttura u fuq kollox tama ġdida.

L-istess jista’ jingħad għal Franza, għalkemm l-istorja hi ftit differenti. Qed nitkellmu fuq Forza Ewropea li fl-aħħar xhur u snin rajniha titlef il-vuċi tagħha kawża ta’attakk terroristiku wara ieħor. Nazzarda ngħid li kienet qed titlef il-vuċi Ewropea tagħha u dan għax fl-Unjoni Ewropea kien hemm it-tendenza li l-aħħar kelma kienet tal-Kanċillier Ġermaniz Angela Merkel li qed tmexxi pajjiż b’koalizzjoni tpoġġi nċertezza fuq l-istess tmexxija. It-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena, għaddiet mill-Ġermanżi għal għand il-Franċiżi. Simbolu tax-xenarju Ewropew, bil-President Franċiż Emmanuel Macron qed jerġa’ jagħti lura l-vuċi Franċiża fuq pjattaforma internazzjonali . Dik il-vuċi li fl-aħħar snin , minn Sarkozy għal Hollande, ħafna kienu jarawha bħala l-vuċi ta’ xi segretarji ta’ Merkel. Meta Hugo Lloris għolla t-Tazza,  reġa’  radd lura l-glorja lill-art meqjusa bħala Omm il-Libertà, Ekwità u Fraternità.

Ma nistax nħalli barra l-pajjiż li ospita din it-Tazza tad-Dinja, r-Russja. Anke jekk ma rebaħx, xorta serva ta’ opportunità li esebixxa s-saħħa tal-President Russu , Vladimir Putin, anke jekk fadallu l-aħħar ftit snin imexxi l-Kremlin.  Bi ftuħ eċċezzjonali, tneħħi l-parti tal-ġest xejn nobbli tal-kantant Robbie Williams, għal għeluq mill-aqwa. ‘Nilqagħkom f’pajjiż miftuħ u bi ħbiberija’ qal Putin fid-diskors tal-ftuħ, li taqbel jew ma taqbilx mal-politika tiegħu, l-isport jew aħjar il-futbol għaqqad id-dinja f’pajjiż li jmexxi hu.

F’xenarju bħal dan bla ma trid tistaqsi x’se tkun ir-Russja mingħajr Putin fit-tmun jew x’inhi r-Russja mingħajr Putin?

Iżda, nemmen li  r-rebħa Franċiża esebixxiet is-saħħa tal-pajjiż u tal-kontinent Ewropew, li anke jekk qed jaffaċja bosta sfidi, xorta waħda tpoġġi l-Ewropa minn ta’ quddiem nett fuq ix-xenarju politiku nternazzjonali.  Kienet Tazza tad-Dinja simbolika, fejn filwaqt li rebaħ l-establishment ta’ Didier Deschamps, ingħataw lura eroj ġodda u s-supremazija lill-poplu Franċiż.

 

Allez le Blues !