Denise Formosa | One News - Part 3

Denise Formosa

Notifiki

Alfred Sant iwissi kontra t-tnaqqis fil-flessibilità tar-rati tal-VAT għall-istati membri tal-UE

Il-proposti fuq it-tassazzjoni fis-settur tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE jistgħu jdgħajfu s-saħħa tal-Istati Membri u jnaqqsu l-flessibilità tagħhom li jiddeċiedu dwar rati mnaqqsa jew ta’ rati żero tal-VAT. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu meta spjega għaliex astjena fuq ir-rapport ‘VAT: Sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri’. L-MEP Malti wissa li din ir-riforma għandha titfassal b’attenzjoni sabiex jiġu evitati konsegwenzi bħal dawn.

Aqra aktar

Fetħu r-reġistrazzjonijiet għall-iskejjel tas-sajf- 2019

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jinforma lill-pubbliku ġenerali li dawk li huma interessati li joffru programm edukattiv permezz ta’ skola/klabb matul ix-xhur tas-sajf għal tfal ta’
bejn it-tlieta u s-16–il sena, iridu japplikaw online sabiex jirreġistraw l-iskola/klabb tas-sajf tagħhom bħala Stabbiliment Edukattiv mad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni kif
stipulat fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.349.

Aqra aktar

Il-festival Gaulitana jiċċelebra l-mara

Il-Festival Gaulitana jirritorna bejn it-8 ta’ Marzu u s-7 t’April 2019, b’edizzjoni li se tkun marbuta mat-tema “Il-Mara fis-Socjeta`”. Il-festival ħa spunt mill-Manon Lescaut (l-opra magħżula għal din is-sena) u se jenfasizza l-irwol tal-mara fl-arti u fis-soċjeta`.

Aqra aktar

Il-Fondazzjoni Marigold tagħlaq 5 snin

Illum il-Fondazzjoni Marigold tiċċelebra għeluq il-5 snin mit-twaqqif tagħha. Is-Sinjura Michelle Muscat li hija ċ-Ċerpersin u l-ko-fundatriċi ta’ din il-Fondazzjoni, qalet li f’dawn il-5 snin sar ħafna xogħol mill-NGOs konċernati u li sar progress fejn jidħlu sfidi differenti.

Aqra aktar

Il-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali tħabbar diversi anniversarji ta’ importanza nazzjonali għas-sena 2019

Imwaqqaf fl-2013, il-Kumitat ta’ Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali (FĊN) għal darb’oħra reġa’ ġie maħtur biex jieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet li jfakkru okkażjonijiet ta’ importanza nazzjonali, fosthom l-anniversarji tal-Ħelsien, tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, tas-Sette Giugno u t-tmiem tal-Gwerra Bierda.

Aqra aktar

Send this to a friend