Denise Formosa | One News

Denise Formosa

Notifiki

L-Inġiniera ta’ GO b’ħidma matul il-lejl biex isewwu l-qtugħ ta’ cables minn terzi persuni

Matul tmiem il-ġimgħa li għadda, GO ħadmet b’kull ma kellha sabiex tiżgura li l-klijenti jkollhom l-inqas inkonvenjent wara li kuntrattur mhux relatat ma’ GO li kien qed jagħmel xi xogħol, b’aċċident laqat numru ta’ fibre cables ta’ GO fis-Siġġiewi, b’konsegwenza li mijiet ta’ djar fis-Siggiewi u l-lokalitajiet tal-madwar spiċċaw mingħajr broadband, TV u servizzi tat-telefon.

Aqra aktar

Raġel ta’ 25 sena jaqa’ sular waqt li kien fuq il-post tax-xogħol

Żagħżugħ ta’ 25 sena minn Ħ’Attard qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

Fuq il-post issejħet ambulanza mill-Isptar Mater Dei sabiex jgħinu lill-vittma.

Aktar tard, huwa kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

AĠĠORNAT: Akkwist ta’ Cardiff City abbord l-ajruplan li sparixxa bejn Franza u r-Renju Unit

Il-Pulizija fi Franza kkonfermat li l-akkwist il-ġdid ta’ Cardiff City Emiliano Sala kien abbord l-ajruplan żgħir li sparixxa fil-baħar bejn ir-Renju Unit u Franza. L-ajruplan telaq minn Nantes u kien fi triqtu lejn il-Kapitali ta’ Wales.

L-attakkant Arġentin kien għadu kif iffirma mat-tim tal-futbol ta’ Cardiff matul tmiem il-ġimgħa li għadda.
Fi stqarrija maħruġa t-Tlieta filgħodu, il-klabb qal li jinsab mħasseb bl-aħbar li ajruplan żgħir sparixxa fil-baħar bejn Franza u r-Renju Unit.

L-awtortajiet qalu li l-ajruplan sparixxa min fuq ir-radar viċin il-gżira ta’ Alderney fiċ-Channel Islands.
Mal-ewwel skattat operazzjoni tas-salvataġġ, bir-Renju Unit jibgħat żewġ ħelikopters biex jgħinu fit-tfitxxija minkejja li ż-żona mhiex parti miż-żona ta’ salvataġġ tar-Renju Unit.

Sala kien qed jirritorna lura lejn ir-Renju Unit biex jibda t-taħriġ tiegħu ma’ Cardiff City wara li qatta tmiem il-ġimgħa f’Nantes biex isellem lil sħabu tat-tim li kien għadu kif ħalla.

12-il persuna jinstabu mejta f’attakk fuq bażi militari fl-Afganistan

12-il persuna li kienu membri fil-bażi militari  sfaw maqtula u 28-il persuna oħra ġew midruba meta t-Taliban għamel attakk suwiċida fuq il-bażi militari fil-provinċja ċentrali ta’ Maidan Wardak.

Tlett militanti mietu b’konsegwenza ta’ grupp terrorista f’attentat biex jixgħelu żewġ bombi li nstabu f’żewġ karozzi ħdejn il-bażi.

Send this to a friend