Corazon Mizzi

Corazón hija magħrufa l-aktar bħala preżentatriċi, produttriċi televiżiva, kantanta u kantawtriċi ta’ kanzunetti bil-Malti. Fl-2014, Corazón ħarġet l-ewwel album tagħha bħala kantawtriċi b’kanzunetti oriġinali bil-Malti, ‘Hawn Jien’, li nkluda suċċessi mit-3 rebħiet tagħha fil-Festival L-Għanja tal-Poplu kif ukoll bosta kanzunetti ġodda. Is-sena l-oħra, Corazón ipproduċiet u tellgħet żewġ kunċerti bil-kanzunetti oriġinali tagħha: wieħed fil-Każin Malti l-Belt u l-ieħor fi Pjazza Teatru Rjal – it-tnejn li huma kienu sold out ġimgħat qabel. Fil-kunċert tal-Każin Malti l-Belt, Corazón nediet it-tieni edizzjoni tal-album tagħha, li ġiet stampata b’żewġ kanzunetti miżjuda minħabba li l-ewwel edizzjoni nbiegħet kollha f’sena waħda biss. Bħala kantanta, Corazón bdiet l-istudji vokali tagħha fit-teknika klassika ma’ Claire Massa u għadha titħarreġ fit-teknika vokali pop ma’ Pamela Bezzina. Corazón kienet finalista fl-aħħar ħames snin konsekuttivi fil-Malta Eurovision Song Contest b’kollaborazzjonijiet ma’ Paul Giordimaina u Fleur Balzan, kanzunetti oriġinali, u fl-aħħar edizzjoni b’kollaborazzjoni ma’ kompożituri barranin. Biex iżżomm ir-repertorju tagħha dejjem frisk, Corazón tkanta live regolarment f’funzjonijiet pubbliċi u privati kif ukoll f’lukandi u stabbilimenti f’Malta. Corazón kisbet ħafna esperjenza fil-preżentazzjoni u l-produzzjoni tat-televixin meta, waqt li kienet għadha tistudja l-Università, kienet timmaniġja wkoll it-tim tal-produzzjoni ta’ Kalamita mmexxi minn Alfred Zammit u wara, meta bdiet taħdem bħala preżentatriċi ma’ Deemedia.tv, tmexxi l-programm TVPM: l-ewwel ma’ Peter Carbonaro u imbagħad waħedha. Din hija l-ewwel sena li Corazón qed tmexxi u fl-istess ħin anke tipproduċi il-programm popolari ta’ waranofsinhar fuq TVM, Twelveto3. F’dawn l-aħħar snin, kienet magħżula minn PBS biex tmexxi l-kummentarju Malti għall-Eurovision Song Contest kif ukoll għall-Junior Eurovision Song Contest. Lil’hinn mill-karriera artistika tagħha, Corazón hija ggradwata b’Dottorat fil-Liġi u taħdem bħala Nutar Pubbliku fl-uffiċċju legali tal-familja tagħha f’Ħaż-Żebbuġ.

Maria

 

Maria għandha għoxrin sena. Ma taħdimx. Għandha kamra tas-sodda ser taqa’ biċċiet ġabitha minn fuq Min Ipartat u Min Ibiegħ(sic). Urietni ritratt tagħha fuq l-iPhone. Is-sodda li torqod fuqha qed tisfronda u fiha torqod hi ma’ binha ta’ sena u xahar. Ommha m’għandhiex minn fejn tixtrilha għax flusha nefqithom tiġri minn Avukat għall-ieħor; l-ewwel biex tfittex tissepara minn mar-raġel li kien jerfa’ jdejh fuqha; imbagħad biex tipprova teħles lil binha l-kbir mill-ħabs wara li nqabad għat-tieni darba jqassam id-droga. Ilha minn meta kellha sittax tfittex xogħol iżda ħadd ma jrid iħaddimha. Forsi għax ma tafx skola, imma xi kultant tibda taħseb li tort tat-tpinġijiet li għandha ma jdejha.

Aqra aktar

Only for nerds and ħamalli

 

Diġà għaddiet ġimgħa mir-rebħa ta’ ‘X’Se Jsir?’ fl-Għanja tal-Poplu. Ir-raba’ rebħa għalija, imma faċilment l-aktar waħda li waslet ‘il bogħod u ħalliet impatt. Forsi għaliex ġiet fi żmien ta’ qawmien ġdid għal-lingwa tagħna fl-arti. Fit-tnedija tal-album ‘Hawn Jien’, l-udjenza kienet infexxet f’ċapċipa kkargata meta għidt li din kienet serata speċjali li attendew għaliha persuni li għandhom ħaġa in komuni; l-imħabba lejn il-lingwa. Illum, sentejn u ftit wara, dik is-sentenza diġà tinħass skaduta. Bis-saħħa ta’ bosta kantanti, awturi u kantawturi ġodda żgħażagħ li għamlu l-kuraġġ u ħarġu materjal ta’ livell bil-Malti, issa ħadd m’għad għandu bżonn min iġibu konxju ta’ għalfejn il-lirika bil-lingwa tagħna tqanqal u tasal aktar.

Għax veru, għal ħafna, il-Malti huwa bħar-reliġjon – jgħammduk fi żmien meta inti lanqas biss tkun taf x’qed jiġri u tikber fih bla ma taħseb wisq dwar l-għażla li għamel għalik ħaddieħor. Iżda mhux għal kulħadd huwa hekk. L-esperjenza tiegħi tal-lingwa tagħna hija kemmxejn differenti. Il-ġenituri tiegħi, minn meta kelli biss sentejn, iddeċidew li jibagħtuni English-Speaking School – u hekk bqajt sakemm bdejt 6th Form San Alwiġi u ssokta kapitlu ġdid f’ħajti. Imma dik l-istorja nħalluha għal darb’oħra.

Aqra aktar

L-Eżempju Jkaxkar

U f’dan il-każ jaqdef. Qed nirreferi għall-għawma tas-Sinjura Michelle Muscat li, fl-opinjoni tiegħi, serviet mhux biss biex tiġbor il-flus għall-għaqdiet varji imma aktar u aktar li tagħti eżempju lill-poplu kollu. X’tip ta’ eżempju qed nitkellem dwaru?

Aqra aktar

Il-ġenwini u l-foloz – u kif tagħraf bejniethom

Jekk bil-mod iżżerżaq id-difer tas-saba’ l-kbir mal-linji ħomor zgħar li ssib eżatt fuq l-istilla l-iskura fuq in-naħa tal-lemin tal-karta tal-ħamsin euro, u tħosshom imqabbża, hemm tinduna li l-karta hija ġenwina.

Fejn jidħlu l-karti tal-flus, drajna kif niċċekkjaw it-tajbin mill-foloz u saħansitra ivvintajna magni u jam markers apposta li jgħinuna. Fejn jidħlu n-nies u r-relazzjonijiet ma’ ta’ madwarna, għad m’hemmx metodu faċli ta’ kif tagħraf bejn il-ġenwinità u l-falzità. Fl-istess ħin tant hu importanti li nidentifikaw lil min nistgħu nafdaw fil-ħajja u min hu lest iniffidna bis-sejf malli ndawru wiċċna.

Aqra aktar

JIEN MA NAĦDIMX – għalfejn ma stajtx ktibtha jien

 ‘L-aktar kanzunetti li jogħġbuni tiegħek huma tad-dar tan-nanna u dik tal-mara tad-dar,’ jgħiduli meta jwaqqfuni fit-triq. ‘Le dik tal-mara tad-dar ma ktibthiex jien sinjura,’ inweġibhom bi tbissimha fuq wiċċi u elf ħsieb għaddej minn moħħi. ‘Uwiva, ma ktibthiex inti, imma tkantaha int hux?’

Aqra aktar

Għaliex jinteressani li Ira Losco tqila

L-aktar suġġett diskuss bħalissa, wara l-Panama Papers, huwa l-fatt li Ira Losco tqila. Mhux daqshekk għall-fatt li tqila per se, daqs kemm għall-fatt li nqabdet tqila proprju issa, meta hemm daqshekk aspettattiva u pressjoni mdawra magħha. Mhuwiex kompitu tiegħi u onestament lanqas inħoss li jkun ġust li nkun jien li nispekula dwar jekk dan il-fatt hux qed iżommha lura milli tagħti l-mija fil-mija tagħha fil-performance aħħarija jew jekk fil-verità hux qed iżid fil-grinta u l-enerġija tagħha.

Din it-tqala lili tinteressani għal diversi punti oħra differenti.

Aqra aktar

Ir-riħa tan-nanna

In-nanna tiegħi kienet it-tip ta’ mara li kapaċi tqabbdek kumpless tal-indafa. Jekk ma tkunx bħalha, s’intendi. Kienet tgħaddi u titni l-qomos daqs li kieku għadhom ħerġin ġodda minn kaxxa tas-Saint Michael’s, tgħalli l-bojod bil-blu, u kont issibilha sapuna jew borża bil-fjuri mnixxfa ġo kull kexxun.

Kellha rutina preċiża tat-tindif li ħadd ma seta’ jmisshielha, biex kull rokna tad-dar tintmiss imqar darba fil-ġimgħa mill-idejn dehbija tagħha, u niftakar li l-kċina kienet tgħaddilha l-art kull darba li jieklu.

Aqra aktar