Colin Deguara – Page 7 – One News

Colin Deguara

Notifiki

Il-pazjenti ta’ mard tal-prostata se jibdew jiffrankaw mal-€400 fis-sena

Sal-bidu tas-sena d-dieħla ‘l fuq minn 50,000 pazjent li jbatu mill-mard tal-prostata se jkunu jistgħu jirċievu din il-mediċina b’xejn. Dan hekk kif il-Gvern se jkun qed jipprovdiha b’investiment ta’ 5 miljun u 300,000 ewro. Dan se jwassal sabiex jiġu ffrankati mal-400 ewro lil kull pazjent li jagħmel użu minn din il-mediċina. Aqra aktar

Iċċelebrata Jum l-Indipendenza fil-Belt Valletta

Ħamsa u ħamsin sena ilu, b’daqqa ta’ pinna mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Ġorġ Borg Olivier, pajjiżna kiseb l-indipendenza mill-inglizi.  It-tixjira tad-dokument tal-indipendenza u l-ħamiem itir meħlus huma l-immaġini li mal-ewwel norbtu ma’ dan il-jum.

Aqra aktar

Il-PM jinawgura l-ewwel żewġ strutturi tal-flyovers

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-ewwel żewġ strutturi minn sebgħa tal-flyovers mill-proġett infrastrutturali fil-Marsa.

Dan huwa biss xhieda tal-investiment bla preċedent li qed isir fl-infrastruttura ta’ pajjiżna.  Hekk saħaq il-Prim Ministru Joseph Muscat fl-inawgurazzjoni u l-ftuħ ta’ din l-istruttura ġdida.

Aqra aktar

Id-Dwana Maltija bit-tielet l-akbar qabda ta’ prodotti foloz fl-UE

Id-Dwana Maltija hija t-tielet l-iktar dwana effettiva mill-pajjiżi kollha tal-unjoni ewropea.  Dan joħroġ minn rapport tal-kummissjoni Ewropea magħruf bħala ‘DG Taxud’.

Id-dwana ta’ pajjiżna kellha t-tielet l-ikbar  qabda ta’ prodotti foloz fil-fruntieri.  Dan hekk kif fl-2018 id-dwana maltija qabdet –il fuq minn 900,000 prodott iżjed milli qabdet fl-2017. Aqra aktar

Jintbagħat 12-il xahar ħabs wara li seraq iPhone

Raġel Barrani ta’ 23 sena ntbagħat 12-il xahar priġunerija wara li wieġeb ħati li t-Tlieta fis-6 ta’ filgħodu seraq iPhone mingħand persuna fil-bajja ta’ San Ġorġ.  L-ispettur Xerri spjega kif l-arrest sar wara li l-vittma għamlet rapport li persuna li kienet talbitha sigarett spiċċat serqitilha l-mobile.  Mal-arrest fuq il-persuna tal-akkużat instabu żewġ mobiles b’wieħed minnhom ikun l-iphone tal-vittma. Aqra aktar

Minn nhar il-Ġimgħa fiċ-ċinema se tkun tista’ tara storja tal-waħx bil-Malti

Minkejja l-isfidi li ġġib magħha l-industrija lokali tal-films, id-direttur u l-producer tal-films Malti Mark Doneo ma jaqtax qalbu milli jkompli jwassal fis-swali taċ-ċinema ta’ pajjiżna films bil-Malti. Bħal fil-każ tal-film ġdid tiegħu, ‘Hemm Dar fil-Qala’, film ġdid maħdum kompletament minn crew u atturi Maltin. Aqra aktar

Send this to a friend