Colin Deguara – Page 6 – One News

Colin Deguara

Notifiki

Ċentru ta’ opportunitajiet għall-persuni kreattivi f’pajjiżna

Konferenza ta’ ġimgħa f’pajjiżna bl-isem ‘Trojan Horse Was A Unicorn’ ressqet bosta mħuħ kreattivi minn madwar id-dinja sabiex flimkien jimirħu f’dixxiplini differenti ta’ kreattività professjonali.

Din il-konferenza li qed issir għat-tieni sena konsekuttiva f’pajjiżna f’Dar il-Mediterran u Sant Iermu fiha attivitajiet minn oqsma differenti fosthom films, logħob diġitali u effetti viżwali.  Fiha isiru workshops interesanti minn uħud mill-aqwa talenti fid-dinja b’uħud huma wkoll rebbieħa ta’ academy awards.

Aqra aktar

Minn għada studenti tas-sekondarja jżanżnu laboratorji ġodda b’nefqa ta’ €10 miljun

Waqt li l-Erbgħa filgħodu eluf ta’ tfal Maltin u Għawdxin mistennija lura fuq il-bank tal-iskola, madwar 60% tal-istudenti li jattendu skejjel sekondarji se jkunu jistgħu jibdew jagħmlu użu minn laboratorji ġodda li fihom se jibdew jitgħallmu suġġetti vokazzjonali jew tgħallim applikat.

Dawn il-laboratorji saru b’investiment ta’ 10 miljun ewro.  Il-ministru għall-edukazzjoni Evarist Bartolo stqarr li dan il-programm bl-isem ‘ Il-vjaġġ tiegħi’ se joffri pjan ta’ suġġetti vokazzjonali u se joffri edukazzjoni iżjed ħolistika lill-istudenti Maltin.

Il-Ministru Bartolo stqarr li “Se nkunu qed nippreparaw lit-tfal tagħna, liż-żgħażagħ tagħna aħjar, kemm fl-għerf tagħhom, li jiksbu, kemm fil-ħiliet biex imbgħad japplikaw dak l-għerf u kemm fil-qalb tajba tagħhom biex dak li jagħmlu, jagħmluh għal ġid tagħhom infushom u tal-oħrajn”. 

Il-Ministru Bartolo spjega li tul is-sajf sar investiment ta’ ħames Miljun ewro f’xogħlijiet differenti fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex sabiex dawn ikunu lesti għas-sena skolastika ġdida.

Saħaq li filwaqt li bosta skejjel mhux jagħlqu l-bibien tagħhom għat-tfal fis-sajf minħabba skola sajf xorta saru bosta xogħlijiet ta’ tisbieħ u manutenzjoni.  Dan filwaqt li saħaq kif għad hemm xogħol kbir xi jsir kemm fi skejjel eżistenti kif ukoll oħrajn ġodda li qed jinbnew.

Il-bidu tas-sena skolastika l-ġdida tfisser ukoll li eluf ta’ familji se jiffrankaw mas-700 ewro oħra permezz tal-iskema tat-trasport b’xejn għall-istudenti.  Skema li din is-sena rat żieda qawwija fl-applikazzjonijet mill-ġenituri u mis-sidien tal-vannijiet b’dawn tal-aħħar jitilgħu għal mitejn u ħamsin minn 18 is-sena l-oħra.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jistma żieda wkoll fl-istudenti mill-25 elf li użawh fis-sena skolastika li għaddiet.

Għal dan is-servizz, il-Gvern mistenni jonfoq 27 miljun ewro, 2 miljun ewro aktar mis-sena l-oħra.

Il-Ministru Bartolo tenna li “ Għandu benefiċċji għat-tfal, għandu benefiċċji għal ġenituri finanzjarji, għax dawn nikkalkolaw li qed jiffrankaw madwar 700 ewro fis-sena fuq kull tifel u tifla li jużaw dan is-servizz.  Benefiċċju wkoll fit-toroq għaliex ikun hawn inqas karozzi privati inqas tniġġis biex it-tfal jaslu fl-iskola”.

Il-Ministru Bartolo awgura lil istudenti sena skolastika produttiva filwaqt li appella sabiex il-ġenituri, l-edukaturi u l-iskejjel jaħdmu id f’id għall-ġid tat-tfal.

Il-pazjenti ta’ mard tal-prostata se jibdew jiffrankaw mal-€400 fis-sena

Sal-bidu tas-sena d-dieħla ‘l fuq minn 50,000 pazjent li jbatu mill-mard tal-prostata se jkunu jistgħu jirċievu din il-mediċina b’xejn. Dan hekk kif il-Gvern se jkun qed jipprovdiha b’investiment ta’ 5 miljun u 300,000 ewro. Dan se jwassal sabiex jiġu ffrankati mal-400 ewro lil kull pazjent li jagħmel użu minn din il-mediċina. Aqra aktar

Iċċelebrata Jum l-Indipendenza fil-Belt Valletta

Ħamsa u ħamsin sena ilu, b’daqqa ta’ pinna mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Ġorġ Borg Olivier, pajjiżna kiseb l-indipendenza mill-inglizi.  It-tixjira tad-dokument tal-indipendenza u l-ħamiem itir meħlus huma l-immaġini li mal-ewwel norbtu ma’ dan il-jum.

Aqra aktar

Il-PM jinawgura l-ewwel żewġ strutturi tal-flyovers

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-ewwel żewġ strutturi minn sebgħa tal-flyovers mill-proġett infrastrutturali fil-Marsa.

Dan huwa biss xhieda tal-investiment bla preċedent li qed isir fl-infrastruttura ta’ pajjiżna.  Hekk saħaq il-Prim Ministru Joseph Muscat fl-inawgurazzjoni u l-ftuħ ta’ din l-istruttura ġdida.

Aqra aktar

Send this to a friend