Colin Deguara – Page 5 – One News

Colin Deguara

Notifiki

Presepju Malti fi triqtu lejn Vjenna

Grotta ddisinjata u mmanifatturata mill-artist Naxxari, Jennings Falzon, tinsab fi triqitha lejn Vjenna biex mill-ħmistax ta’ Novembru sa jum il-Milied, tkun esebita f’Villaġġ tal-Milied li se jsir f’Università fil-kapitali tal-Awstrija.
Aqra aktar

Jitlesta 50% tal-proġett tal-Junction tal-Marsa… it-tielet flyover mistennija titlesta sal-aħħar ta’ din is-sena

“Illum, 50% tal-Marsa Junction Project huwa lest. Ftit aktar minn xahar ilu konna hawn biex ninawguraw l-ewwel strutturi; illum qegħdin naraw it-travi jitpoġġew fit-tielet u l-itwal flyover li konna ħabbarna li se tinfetaħ sal-aħħar ta’ Jannar. Illum nistgħu nħabbru li din l-istruttura ser tkun konkluża sal-aħħar ta’ din is-sena, xahar qabel iż-żmien,” qal il-Ministru Ian Borg waqt li kien qiegħed iżur is-sit ta’ dan l-investiment ta’ €70 miljun li huwa iddeskriva bħala dak li se jibdel darba għal dejjem l-infrastruttura ta’ pajjiżna.

Huwa qal li ladarba jitlesta dan il-flyover se tkun tista’ tiġi eliminata għal kollox is-sistema ta’ traffic lights tal-Addolorata, u b’hekk se jkun qiegħed jerġa’ jitnaqqas drastikament il-ħin tal-ivvjaġġar għal eluf ta’ nies.Aqra aktar

Minn Jannar sa Ottubru għaddew mill-ajruport 6,339,731 passiġġier


Matul l-iskeda tas-sajf jiġifieri bejn April u Ottubru l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ra żieda ta’ 7.7% fit-traffiku ta’ passiġġieri.  Dan filwaqt li l-ajruport laqa’ aktar minn 6,800,000 passiġġier bejn Jannar u x-xahar li għadda.  Din hija żieda ta’ 6.7% meta mqabbel mal-istess xhur is-sena li għaddiet.  Din l-istatistika tindika li l-probabilità hija li l-ajruport jagħlaq din is-sena b’rekord ta’ traffiku hekk kif mistenni jlaħħaq is-seba’ miljun passiġġier.  Aqra aktar

Il-Knisja twaqqaf l-attività ta’ ‘Dar il-Waħx’… l-organizzaturi se jħabbru post ġdid

Il-Knisja f’Malta ikkanċellat l-attività ta’ ‘Dar il-Waħx għal din is-sena li kienet ser issir fil-Kripta ta’ San Duminku fil-Belt Valletta bejn il-31 ta’ Ottubru, u l-1, 2, u 3 ta’ Novembru. Din is-sena l-attività annwali kienet ser tieħu xeħta differenti hekk kif fuq siti soċjali din bdiet tiġi rreklamata taħt l-isem ‘Dr. Thomas Charles Craig, Séance’. Kif qed tiġi rreklamata l-attività, permezz ta’ illużjonijiet psikoloġiċi kienet ser tkun qed tagħti togħma lil kull min jattendi, ta’ attivitajiet paranormali. L-irreklamar jgħid ukoll li tul l-ispettaklu ta’ siegħa il-karattru ta’ Dr.Thomas Charles Craig kien se jkun qed juża metodi u oġġetti tal-paranormal u l-okkult sabiex ilaqqa’ lil udjenza ma’ fantażmi u spirti, fosthom anke bl-użu ta’ uija board. Aqra aktar

L-ERA bi studju dwar il-barrieri biex tissolva l-kwistjoni tal-iskart tal-kostruzzjoni

Fil-ġimgħat li ġejjin jekk l-operaturi tal-barrieri mhux se jibqgħu jaċċettaw l-iskart tal-kostruzzjoni u jirregolaw l-prezz għal dan ir-rimi, l-operat ta’ dawn il-barrieri se jkun qed jgħaddi taħt idejn il-Ministeru għall-Ambjent skond il-liġi.  Hekk wissa’ l-Ministru għall-ambjent Jose’ Herrera f’intervista ma’ One News.

Huwa spjega kif bħalissa għaddej eżerċizzju ta’ stħarriġ fuq għadd ta’ barrieri f’pajjiżna. Aqra aktar

Send this to a friend