Colin Deguara – Page 36 – One News

Colin Deguara

Notifiki

Jitkellem wara li ra inċident iseħħ quddiem għajnejh

Persuna li għenet lil sewwieq involut fl-aċċident fil-Bypass tal-Imrieħel għamel appell fuq facebook biex isir jaf kif baqa’ wara li ttieħed l-isptar. Tkellimna miegħu.  Barra li fortunatament is-sewwieq issa qiegħed f’kundizzjoni tajba, l-persuna li tefa’ l-post kellu appell importanti li għamel lill-pubbliku. Aqra aktar

Il-Gvern b’mira li jnaqqas il-lista ta’ stennija tal-outpatients

Wara li listi ta’ stennija tal-operazzjonijiet u l-investigazzjonijiet mediċi tnaqqsu drastikament jew tneħħew għal kollox, il-Gvern issa qed jimmira biex inaqqas ukoll il-lista ta’ stennija tal-outpatients.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li waħda mill-miżuri li bdiet tittieħed hija li kull min ikollu appuntament fl-outpatients jintbgħatlu messaġġ għaxart ijiem u jumejn qabel id-data tal-appuntament biex b’hekk wieħed ma jinsiex.

Taħdidiet fl-Ukrajna għal investimenti f’pajjiżna

Komplew in-negozjati biex jinġieb investimentmill-kumpanija tal-Avjazzjoni Antonov mill-Ukrajna.  Dan wara negozjati li bdew f’laqgħa li kellu l-Prim Ministru Joseph Muscat mal-President tal-Ukrajna Petro Poroschenko fiż-żjarali dan tal-aħħar kien għamel f’pajjiżna

Il-Ministru tal-ekonomijainvestiment u l-intrapriżi żgħar, Chris Cardona flimkien mal-Ambaxxatur tal-Ukrajna  u uffiċjali tal-MIMCOL U l-Malta Enterprise marru fl-Ukrajna biexjesploraw il-possibiltà li jiġi attirat investimentminn din il-kumpanija kbira.  

Il-Viċi President tal-kumpanija AntonovIuriiKordianinsaħaq li pajjiżna għandu vantaġġi kbarx’joffri lill– qasam tal-avjazzjoni.  

Aqra aktar

Il-ballu tal-qamar t’Awwissu

Il-Palazz Verdala, s-Sibt fil-għaxija kien mixgħul u preparat, biex jgħati l-esperjenza tal-ħolm li kapaċi joffri l-ballu tal-Qamar t’Awwissu.  B’hekk dawk kollha li kienu preżenti, esperjenzaw edizzjoni oħra tal-ballu tal-President.  Edizzjoni li fiha nġabret somma b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.

Aqra aktar

EMOJIS: Ir-reazzjonijiet virtwali li jfixkluna

L-emojis li tant jintużaw biex jgħatu l-ħajja lill-konverżazzjonijiet fuq il-midja soċjali, issa se jkunu  l-karattri prinċipali fil-film, ‘The Emoji Movie’.

Il-film jieħu l-udjenza fil- post bl-isem ta’ Textopolis fejn kull karattru għandu emozzjoni waħda biss.

Madankollu l-karattru prinċipali bl-isem ta ‘Gene’, huwa wkoll emoji, iżda għall-kuntrarju tal-karattri l-oħra huwa jista’ juri bosta reazzjonijiet differenti.  Għalhekk l-istorja ddur ma’ dan il-karattru li tul il-film, flimkien ma sħabu, jipprova jsib ir-reazzjoni waħda tiegħu.

Dawn l-emojis illum jintużaw ħafna  fuq il-midjas soċjali, tant li saru parti integrali mill-ħajja virtwali tal-ġenerazzjoni żgħażugħa.

Fil-fatt bosta siti soċjali qed idawwru s-sistema biex taġevola dawn l-emojis u b’hekk tkun iktar faċli biex jitwasslu r-reazzjonijiet  bejn il-persuni.  Madankollu, mhux kullħadd huwa daqshekk familjari ma’ dawn l-emojis u mar-reazzjonijiet li jwasslu.

Aqra aktar

Is-sħana ma tħassarx festi

Il-fatt li fis-Sajf pajjiżna jintlaqat minn sħana kbira mhix xi ħaġa ġdida, madankollu din is-sena bosta nħasdu hekk kif it-temperaturi baqgħu jogħlew tant li jinħassu l-fuq mill-erbgħin grad celcius.  Fil-fatt il-mewġa ta’ sħana li bħalissa qed thedded lill-Ewropa kollha, ġiet  imlaqqma bl-isem ta’ “Luċifru”. 

It-temperaturi estremi qed iħallu bosta effetti madwar l-Ewropa fosthom bil-biża għan-nirien fil-foresti li qed tkompli tikber.  

It-tim ta’ One News żar il-Belt Valletta fejn bħalissa qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Duminku.  Wieħed mal-ewwel seta’ jinduna li s-sħana hawnhekk ma ħassritx festi, hekk kif bosta attendew bi ħġarhom għall-briju tal-marċ ta’ fil-għodu.  

Aqra aktar

L-istudenti jaqdfu u jimxu iktar

L-istudenti tal-Università jużaw il-mixi, ir-rota u t-trasport pubbliku iktar mill-popolazzjoni b’mod ġenerali.

Dan skont riċerka maħsuba biex tiddetermina kif l-istudenti jaslu fil-kampus tal-Università.

L-istudenti kellhom l-għażla ta’ iktar minn metodu ta’ trasport wieħed

Ir-riċerka turi kif filwaqt li zero punt tlieta fil-mija biss tal-popolazzjoni jużaw ir-rota, erbgħa fil-mija tal-istudenti jużaw ir-rota bħala metodu tat-trasport tagħhom lejn l-Università.

Tlieta fil-mija tal-istudenti jużaw il-mutur meta mqabbla mal-wieħed punt wieħed fil-mija tal-maltin. Aqra aktar

Sejħa għall-membri fil-Forza ta’ Riserva fl-Armata

Il-Forzi Armati ta’ Malta se jkunu qed jerġgħu jdaħħlu numru ta’ persuni bħala membri fil-forza ta’ riserva u dawk interessati għandhom sal-erbgħa t’Awwissu biex japplikaw.

Il-Ministru għall-Intern, Michael Farrugia, spjega li dan hu t-tieni grupp li se jidħol fl-armata b’dan il-mod  wara t-tibdil fil-liġi li sar is-sena l-oħra. Aqra aktar

Imnedija kampanja kontra is-sewqan taħt l-effett tal-alkoħol

Il-Gvern qed jagħraf li lil’hinn mill-liġi u l-infurzar tar-regoli fit-toroq Maltin hemm bżonn li jiżdied l-għarfien fuq l-effetti u l-periklu li wieħed ikun qed joħloq meta jsuq taħt l-effett tax-xorb alkoħoliku.
Fil-waqt li hemm il-ħsieb biex il-minimu li wieħed jista’ jixrob jonqos minn .8 għal .5 il-Kunsill tal-‘Malta Road Safety’ qed jagħmel kampanja fejn iqassam breathylisers fl-events pubbliċi biex wieħed ikun jista’ jippruvahom qabel isuq.

Imniedi l-Ballu tal-Qamar t’Awwissu – raġuni doppja

Il-President ta’ Malta nediet l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-August Moon Ball, li din is-sena se jsir nhar il-5 t’Awwissu. Il-President Marie Louise Coleiro Preca saħqet fuq l-importanza ta’ dan l-avveniment hekk kif jiftaħ l-istaġun tal-avvenimenti b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Hija stqarret li f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena, l-ispiża tal-mediċina ta’ pazjenti Maltin irdupjat minn dik tas-sena l-oħra u għalhekk l-għajnuna hija importanti iktar minn qatt qabel.

Iċ-chairman tat-tim organizattiv tal-ballu, Daniele de Petri Testaferrata, saħaq kif din is-sena, bħal kull sena oħra se jkun ballu tal-aqwa livell, anke bis-sehem tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-korp tal-Pulizija u l-kavalerija tiegħu u l-inguardia parade. Il-mużika tal-ballu se terġa’ tkun f’idejn il-Brass House Unit.

Min jixtieq jattendi jista’ jmur l-uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund il-Belt Valletta, iżur il-Palazz ta’ San Anton jew inkella jżur is-sit online tal-August Moon Ball.

Aqra aktar

Send this to a friend