Colin Deguara | One News - Part 3

Colin Deguara

Notifiki

Ħidma biex Maltin li jtellgħu filmati oriġinali fuq Facebook jibdew jitħallsu

Wara li l-Youtubers Maltin issa qed jitħallsu tal-materjal li jtellgħu fuq Youtube , Fabian Borg reġa’ għamel petizzjoni oħra, din id-darba sabiex il-filmati li jtellgħu Maltin fuq Facebook ukoll ikunu mħallsa. Dan huwa pass ieħor fil-ġlieda ta’ Borg kontra d-diskriminazzjoni li dawn il-pjattaformi soċjali fuq l-internet għamlu mal-Maltin fl-aħħar snin. Aqra aktar

“Residenza li tatni direzzjoni f’ħajti” – Eks Priġunier

“Hawnhekk tani direzzjoni għal ħajti, ma kontx naf x’se naqbad nagħmel kieku ma ngħatajtx għajnuna mill-Fondazzjoni Dlam għad-Dawl.”

Stqarr dan Evgeny Petrov, Bulgaru ta’ 31 sena li għadu kemm skonta sentenza ta’ priġunerija. Petrov qed jgħix f’waħda mir-residenzi ta’ din il-Fondazzjoni, f’Bormla.

Jgħid li f’din ir-residenza mhux biss qed isib saqaf temporanju, iżda anke servizzi ta’ għajnuna psikoloġika u opportunitajiet ta’ xogħol.

“They are providing me the place to live, they’re giving me food, they are helping me with my financial costs like bus and and food supplies from the store”  qal Petrov.

Il-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl tagħmel xogħol li jiswa mitqlu deheb ma’ priġunieri fil-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin kif ukoll m’oħrajn li jkunu skontaw is-sentenza u jerġgħu lura fis-soċjetá.  George Busuttil, il-Kap ta’ din il-Fondazzjoni saħaq li huwa importanti li l-għaqda ma taħdimx biss mal-priġunier imma wkoll mal-familja tagħhom.

“Ħdimna kemm ma’ priġunieri fil-ħabs, kif ukoll mal-familji tagħhom fuq barra għax aħna nemmnu li l-priġunier huwa importanti li jżomm relazzjoni tajba mal-familja tiegħu.”

Fondazzjonijiet bħal dawn jirrikjedu riżorsi finanzjarji b’saħħithom, u għalhekk il-Gvern jagħmel tajjeb għall-parti mill-finanzjament tat-tmexxija ta’ din ir-residenza.

Fil-fatt il-Ministeru għas-Solidarjeta’ Soċjali, iffirma ftehim għat-tliet snin li ġejjin u permezz tiegħu il-Ministeru ser iħallas sa massimu ta’ €63,000.

Il-Ministru Falzon fisser il-ħidma ta-fondazzjoni bħala waħda pożittiva u li l-Gvern jemmen fiha.

“Aħna nemmnu li bniedem għandu jingħata t-tieni ċans imma ovjament imbgħad nistennew illi dak li jkun li jkun ingħata t-tieni ċans, jipprova li l-komunitá li jkun reġa’ ħareġ fiha jkun denju tagħha.”

Apparti r-residenzi, il-Gvern se jgħin sabiex l-ex prigunieri jingħataw servizz ta’ counselling, biex jgħinhom jintegraw fis-socjetà.  Għal dan il-għan, il-Fondazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl taħdem ma’ Aġenziji oħra fosthom l-Appoġġ u s-Sedqa biex tilħaq dan il-għan.

Il-Partit Laburista b’laqgħa mal-GWU bħala parti mill-attivitajiet tal-40 anniversarju mill-Ħelsien.

Id-drittijiet tal-ħaddiema u l-benefiċċji għalihom mit-tkabbir ekonomiku kienu fuq l-aġenda ta’ laqgħa bejn l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista u dik tal-General Workers Union.

 

Din il-laqgħa saret fl-isfond taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Partit Laburista għall-40 anniversarju mill-kisba tal-Ħelsien hekk kif bħal Partit Laburista, il-General Workers Union ukoll kellha sehem importanti fil-kisba tal-Ħelsien ta’ pajjiżna.

 

Il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, sostna li tul dawn l-aħħar 40 sena l-ħaddiema għamlu passi ta’ ġgant ‘il quddiem u l-GWU kellha sehem importanti f’dan kollu.

 

Illum il-ħaddiema wkoll qed igawdu mill-iżvilupp ekonomiku qawwi li hawn fil-pajjiż, bil-President tal-Partit Laburista jitkellem dwar il-bżonn li wieħed iwieġeb b’mod mgħaġġel għal realtajiet ġodda li jinħolqu minn żmien għal żmien.

 

“Irridu nkunu aktar żvelti meta jinħolqu sfidi ġodda biex dawn jiġu ndirizzati b’mod immedjat. Dan ikun possibbli biss jekk ir-rappreżentanza tal-ħaddiema tkompli tissaħħaħ u jkunu x’ikunu ċ-ċirkostanzi qatt mhu ser naċċettaw li d-drittijiet tal-ħaddiema jiġu mnaqqra,” sostna l-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef.

 

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja saħaq li “l-għan ewlieni tagħna huwa li nassiguraw li d-drittijiet tal-ħaddiema jiġu mħarsa bis-sħiħ. Il-valur tal-paga irid jirrifletti l-valur tax-xogħol. Il-Gvern ħa diversi miżuri biex jindirizza l -prekarjat. Din mhijiex destinazzjoni imma vjaġġ kontinwu. Għalhekk, jeħtieġ li kull ħaddiem jissieħeb ma’ Union, kwalunkwe union. Is-suq tant kiber li ma nistgħux nippretendu li l-Gvern jaqbad l-abbużi kollha.”

 

Il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, iddeskriva bħala pożittiva l-proposta tal-General Workers Union dwar is-sħubija mandatorja ta’ kull ħaddiem fl-unjin u semma kif il-Partit Laburista hu miftuħ biex jaħdem mal-istess unjin u oħrajn biex ikomplu jitjiebu l-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-ħaddiema.

Ħidma sabiex tiġi żviluppata logħba diġitali li titħaddem bil-blockchain

Il-qafas regolatorju dwar il-blockchain u l-cryptocurrency  qed jiġġenera iżjed kummerċ f’pajjiżna. Il-kumpanija Fracture Labs qed taħdem fuq logħba diġitali bbażata fuq it-teknoloġija blockchain. Il-logħba ‘Decimated’ tuża tokens marbuta ma’ oġġetti utli fil-logħba stess minn min ikun qed jilgħab.  Dawn it-tokens jiswew ammont ta’ flus kemm bil-munita normali imma wkoll fuq il-kambju Malti tal-Munita Crypto bl-isem ZBX.

Il-kap eżekuttiv ta’ Fracture Labs, Stephen Arnold spjega kif it-tokens abbinati mal-affarijiet mirbuħa jew mixtrija fil-logħba jistgħu jissarrfu jew jinbiegħu fi flus normali jew cryptocurrency skont il-valur.Aqra aktar

L-MFA bi proġett għall-inklużjoni

L-assoċjazzjoni maltija għall-futbol nediet it-tien proġett għall-inklużjoni tar-refuġjati bl-isem “All In – All For Football”.

Din hu t-tieni proġett ta’ dan it-tip mit-taqsima tar-responsabilita’ soċjali fi ġdan l-assoċjazzjoni. Peter Busuttil li qed mad-Dipartiment għar-responsabilita’ soċjali saħaq kif dan il-proġett jiggwadanjaw minnu mhux biss ir-refuġjati li jiġu ntrodotti fid-dinja tal-futbol imma wkoll tfal vulnerabbli Maltin u klabbs tal-futbol li jipparteċipaw hekk kif il-qliegħ kollu jmur għal dawn l-istess klabbs Maltin.

Fil-fatt huwa spjega kif din is-sena diġà urew l-interess fil-proġett 6 klabbs Maltin bit-12-il klabb li ħadu sehem fl-ewwel proġett ta’ dan it-tip is-sena l-oħra mistennija jerġgħu jippartecipaw.

Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-kap tal-Meusac, Mandy Falzon, saħqet li dawn it-tip ta’ proġetti huma ta’ sodisfazzjon hekk kif huma eżempju ta’ kif il-fondi ewropej kapaċi jħallu effett fuq il-komunita’.

BIL-FILMAT: Casa ma jridx li l-libell kontrieh ikompli jinstema’ qabel l-elezzjonijiet tal-PE

L-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa talab biex il-proċeduri ta’ libell li fetħitlu l-ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi dwar kummetni libellużi fil-konfront tagħha ma jkomplux qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej.

Dan ħareġ fi tmiem is-seduta ta’ dalgħodu meta d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kkonferma li Casa ma jixtieqx li l-proċeduri tal-libell ikomplu qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Aqra aktar

Send this to a friend