Colin Deguara | One News - Part 2

Colin Deguara

Notifiki

Tissokta l-investigazzjoni tal-Pulizija b’rabta mal-qtil ta’ immigrant

Il-Pulizija intensifikat l-invesitagazzjonijiet tagħha b’rabta mal-qtil ta’ Lassibe Souleymane, immigrant ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju. Souleymane nqatel b’tir ta’ f’rasu waqt li żewġ immigranti oħra ndarbu b’tir kull wieħed f’sieqhom sparat fid-direzzjoni tagħhom minn persuna f’karozza li kienet qed tinstaq qrib iċ-ċentru tal-immigranti f’Ħal Far.

Aqra aktar

150 student Malti b’esperjenza ta’ riċerka ambjentali f’pajjiżi differenti

Il-programm tal-Operation Wallacea għal darb’oħra se jara ’l fuq minn 150 student u studenta Maltin u Għawdxin li jmorru fuq esperjenza barra minn xtutna sabiex jieħdu esperjenza ta riċerka xjentifika fuq il-bijodiversità. Fil-programm qed jieħdu sehem bosta skejjel sekondarji, sixth forms, l-MCAST u l-Università.

Nathan Adams li qed jieħu ħsieb l-operazzjoni f’pajjiżna spjega li l-istudenti se jagħmlu esperjenza f’pajjiżi bħal Afrika ta’ Isfel, il-Kroazja u r-Rumanija. Huwa ħeġġeġ lill-istudenti sabiex jagħmlu l-kuntatti ma’ xjentisti professjonali u assigurahom li din l-esperjenza se jibqgħu iġorruha magħhom ħajjithom kollha.

“We’ve got over 150 students from secondary schools, sixth forms and universities, travelling to Romania, Indonesia, Madagascar, Peru, all around the world to become trained wildlife research assistants, professional scientists, being trained as scuba divers.  So we are really applying what students are learning in Malta, in the field abroad,” qal Adams.

Fl-attività ingħataw ċertifikati wkoll lill-istudenti li diġà ħadu sehem fil-programm.  Owen Xuereb, student ta’ 17-il sena li jattendi s-sixth form, Sir Michelangelo Refalo spjega kif l-esperjenza ta’ ġimagħtejn kienet waħda li żgur m’hu se jinsa qatt.

“Aħna morna South Africa.  L-isbaħ parti kienet meta morna diving għax sibna ħafna, rajna ħafna ħut li ma ssibx hawnhekk u saħansitra kellna ċans ngħumu ma Mantari,”  qal Owen Xuereb.

Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera stqarr li l-protezzjoni tal-bijodiversità għandha tittieħed b’izjed serjetà u qal kif biex tifhem din il-protezzjoni trid tiġbor id-data u tifhimha. Saħaq li dan il-programm se jagħti lill-istudenti tal- esperjenza izjed mifruxa u li tħalli effett fuq ir-riċerka f’pajjiżna.

Kors fl-investigazzjonijiet forensiċi għall-Pulizija ta’ Malta

11-il uffiċjal mill-korp tal-pulizija lestew b’suċċess kors ta’ taħriġ fl-investigazzjonijiet forensiċi.  Il-kors ta’ ħames ġimgħat sar minn esperti Olandiżi min-‘Netherlands Forensic Insitute Scene of Crime Experts.’    Dan sabiex l-uffiċjali Maltin ikomplu jitgħalmu u jiksbu għarfien minn uħud mill-aqwa uffiċjali forensiċi fl-Ewropa.

L-ispettur Charlot Casha, spjega kif fil-kors l-uffiċjali tgħalmu iżjed dwar kampjuni tad-DNA, Fotografija fuq ix-xena tar-reat, l-analizi tat-tbajja tad-demm u kif tiġi ppreservata u investigata l-evidenza.

L-ispettur Casha spjega kif l-investigazzjoni forensika hija taqsima xjentifika u għalhekk l-uffiċjali dejjem iridu jaġġornaw it-tagħrif tagħhom skond il-metodi ġodda  li jibdew jintużaw u t-tibdil fix-xeni tar-reati.

Is-surġent Francesco Imbroll, spjega kif korsijiet bħal dawn huma investiment dirett fih u fl-uffiċjali sħabu li issa jistgħu jaqdu dmirijiethom aħjar u jiġġieldu bil-qawwa kollha l-kriminalità.

Min-naħa tiegħu, l-ministru tal-intern u s-sigurtà nazzjonali, Michael Farrugia saħaq li sabiex il-korp tal-pulizija ikompli jissaħħaħ fil-ġlieda tiegħu kontra l-kriminalità importanti li l-uffiċjali ikabbru t-tagħrif tagħhom filwaqt li jkompli jiġġeddu u jiġu mmodernizzati l-metodi użati.  Saħaq li dan isir biss permezz ta’ dawn il-korsijiet li fihom l-uffiiċjali maltin jitagħlmu direttament minn esperti barranin.

Preżenti wkoll għaċ-ċerimonja tal-għoti taċ-ċertifikati, s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista saħaq li din l-attività bejn Malta u l-Olanda kompliet tkabbar l-għarfien tal-korp tal-pulizija Malti.

Jixhed li l-Ministeru ta’ Austin Gatt Għamel Pressjoni Politika fuq il-Pulizija

Noel Xuereb, Uffiċjal pubbliku b’aktar minn 25 sena servizz f’dik li kienet magħrufa bħala l-MITTS żvela fil-qorti l-pressjoni poltika kbira li saret fuq il-pulizija minn Gvern Nazzjonalista biex tieħu passi kontrih bil-għan li jitwaqqaf il-proċess ta’ kuntratt miljunarju li kien se jiġi ffirmat l-aħħar ma’ entita biex tipprovdi sistema tal-informatika tal-isptar Mater Dei.

Dan joħroġ minn sentenza li ngħatat it-Tnejn li għadda mill-Maġistrat Francesco Depasquale f’kawża li lliberat lil Xuereb, u lil Pierre Mercieca, konsulent tal-konsorzju AME li miegħu kien se jiġi ffirmat il-kuntratt.

Huma bdew jiġu investigati mill-Pulizija fuq suspetti ta’ Claudio Grech fosthom dik li Xuereb bħala rappreżentant tal-Gvern kien inxtara b’fire place wara li beda jgħaddi minn taħt informazzjoni lil Mercieca, rappreżentant tal-kosorzju li ġie ddikjarat bħala l-aqwa offerent.

Madankollu dawn is-suspetti wasslu sabiex, il-kuntratt jingħata lil entità li kellha interess fiha l-kumpanija iSoft.  Entità li skont ix-xhieda ta’ Xuereb kienet rappreżentata minn Demajo Group.  L-istess grupp li skond Xuereb kienet tiffinanzja l-kampanja elettorali tal-eks ministru Austin Gatt.

Fix-xhieda tiegħu,  ix-xhud stqarr li l-prosekuzzjoni kellha pressjoni politika kbira fuqha minn naħa tal-Ministeru li fih kien kap tas-segretarjat, id-deputat nazzjonalista Claudio Grech.  Dan għax skond Xuereb riedu li l-prosekuzzjoni tipproċedi kontrih kemm jista’ jkun malajr sabiex fi kliemu iwaqqgħu l-proċess malajr mal-kumpanija AME.

Saħansitra l-interċetazzjonijiet telefoniċi u elettroniċi li saru ma ġewx aċċettati mill-Qorti wara li rriżulta li l-pulizija bdiet bl-investigazzjonijiet tagħha mingħajr ma issejħet inkjesta maġisterjali.

Filfatt ix-xhud stqarr li l-akkuża li hu kien inxtara b’fireplace kienet biss attentat tal-prosekuzzjoni li minħabba l-pressjoni politika min-naħa tal-ministeru jirnexxielhom isibu fuq xiex iressquh.  Dan għalkemm il-fireplace kien inxtara bi flusu stess.

Fi tweġiba bi dritt għal risposta lil ONE NEWS, id-deputat nazzjonalista Claudio Grech saħaq li l-unika pass tiegħu kien li ressaq is-suspetti tiegħu li kien hemm xi leakages bejn il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni u l-kumpanija AME.

Skambju ta’ informazzjoni li fi kliem il-Qorti stess kienet prassi aċċettata tant li skont il-qorti saret ukoll minn  Claudio Grech innifsu.  Huwa ċaħad ukoll li mar kontra l-parir li ngħata mid-Direttur tal-Kuntratti.  Madankollu fis-sentenza tagħha l-Qorti kienet ċara u qalet li Grech mar kontra l-parir tad-direttur tal-kuntratti u għażel illi jimponi għadd ta’ kundizzjonijiet li ma kinux fil-kuntratt.

Intant, b’reazzjoni għax-xhieda li ngħatat fil-Qorti, d-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li “hija gidba totali, bla bażi u infondata li tgħid li jien għamilt xi pressjoni fuq il-Pulizija biex tieħu passi kontra xi ħadd. Kull min kellu l-iċken ħjiel ta’ l-integrita’ li kien imexxi xogħolu biha l-Kummissarju tal-Pulizija ta’ dakinhar John Rizzo, jista’ jixhed li indubbjament ma’ kienx persuna li jħalli lil xi ħadd jagħmillu xi forma ta’ pressjoni. Minħabba li tibqa’ tagħmel stqarrijiet li huma għal kollox żbaljati ser ikollu nerġa nisħaq li l-uniku pass li jien ħadt f’dan il-każ kien li meta jien daħalli suspett li kien hemmleakages ta’ informazzjoni, għamilt dak li kien mistenni minni fil-Code of Conduct ta’ dan il-proċess u cioe’ għarraft lill-Ministru responsabbli u sussengwetement lill-Prim Ministru li minnufih għażlu li jibgħatu għall-Kummissarju tal-Pulizija biex iqabbduh jinvestiga lil kollox u lil kullħadd. Kuntrarjament għal dak li tgħid fit-tielet paragrafu ta’ l-artiklu tiegħek, nerġa ngħidlek li meta ressaqt is-suspetti tiegħi la qatt ma’ semmejt li xi ħadd kien qiegħed jixxaħħam u wisq anqas ma ndikajt lil ebda persuna. L-investigazzjonijiet saru kollha kemm huma mill-Kummissarju tal-Pulizija tul numru ta’ ġimgħat. Biex wieħed jasal għall-konklużjoni għaliex tressqu persuni l-Qorti jrid jistaqsi lilhom u mhux jattakka lili għaliex sempliċement wassalt is-suspett tiegħi fuq dawn il-leakages. Ma’ nimmaġinax li l-Kummissarju John Rizzo aġixxa sempliċement fuq suspett ġenerali jew għax xi ħadd qallu biex jagħmel hekk. Kif ktibtlek f’Risposta preċedenti, meta ntlabt il-parir tiegħi fuq x’kellu jsir meta nqalgħet il-problema li waqqfet dan il-proċess, jien kont sħaqt (bil-miktub) li l-Gvern ma’ kellux jirrikori lejn l-iSoft biex tipprovdilu s-soluzzjoni integrata u dan għal diversi raġunijiet li baqgħu jesponu lill-gvern għal riskju. Inti fattwalment żbaljat ukoll meta tgħid biex “il-kuntratt jingħata lil entita’ li kellha interess fiha iSoft.” Il-parti l-kbira (madwar 75%) tat-tender oriġinali kien reġa inħareġ snin wara u baqa’ qatt ma’ ġie aġġudikat. Għal parti żgħira tat-tender (laboratorju u radjoloġija) –circa 25% – li kien strettament neċessarju biex jiftaħ l-isptar Mater Dei intgħazel system integrator Amerikan biex jimplimentah iżda dan wara sejħa internazzjonali lil 12 il-System Integrator globali li intgħażlu minn Gartner (UK) u mhux b’xi direct order. Fil-fatt fuq deċiżjoni tal-Gvern stess l-iSoft lanqas biss kienu mistiednin għal dan il-proċess, aħseb u ara kemm ingħataw il-kuntratt. Dan huwa kollhu fattwalment dokumentat. Barra minn hekk inti fattwalment skorett ukoll li tgħid li -iSoft għandha xi interess fl-entita magħżula. Fil-fatt is-system intergrator uża l-iSoft biss biex ipprovdilu parti mis-sistema tal-laboratorju u dan biss (taħt ir-responsabbilta’ u l-garanzija ta’ l-integrator) purament bħala sistema iżda mhux bħala sehem jew azzjonist. Ikolli ngħidlek ukoll li inti kompletament żbaljat (nittama li żgwidat u mhux intenzjonalment) fuq dak li tgħid dwar ir-rwol ta’ Demajo Group f’dan il-proċess. Mill-informazzjoni u records li għandi jien, Demajo Group qatt ma’ kienu aġenti jew rappreżentanti ta’ iSoft. Huma kienu msieħba mad-ditta globali Microsoft fil-proposta oriġinali li kienu ssottomettew l-iSoft, li kif għidtlek f’punt 3 u 4, il-Gvern Malti stess eskluda. Aktar minn hekk, mir-records tiegħi ma’ jirrżultali li l-ebda entita’ li tifforma parti minn Demajo Group ma’ ngħatat, wettqet jew ħadmet fuq xi parti f’dan il-proġett. Nimmaġina li jekk tagħmel il-verifiki tiegħek mal-kumpanija stess tkun tista’ ġġib l-informazzjoni mis-sors innifsu u nittama li meta tagħmel dan tippubblika l-verifika tiegħek. Finalment, jiddispjaċini li inti żbaljat (fattwalment b’dokumenti) ukoll dwar l-iskambju ta’ emails u informazzjoni. Il-Code of Conduct (li jekk tixtieq kopja tiegħu nista’ ngħaddilek) kien jipprojbixxi strettament li xi ħadd mill-membri tal-kumitati jikkomunika mal-bidders ‘il barra mill-parametri stabbiliti fil-Code of Conduct u mingħajr ma’ jikkopja lid-Dipartiment tal-Kuntratti u/jew liċ-Chairperson tal-Kumitat rispettiv li kien jifforma parti minnhu. Ovvjament trid tara mal-Pulizija jew ma’ l-Avukat Ġenerali x’tip ta’ komunikazzjoni għaddiet bejn dawk li ġew akkużati mbgħad tkun tista’ tasal għal ġudizzju tiegħek. “

Rinovar ta’ Ġnien Belveder fil-Marsa

B’investiment ta’ €400,000 se jkun qed jiġi rinovat ġnien belveder fil-Marsa.  Dan il-proġett li se jkun qed isir b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali tal-Marsa u Ambjent Malta se jara li l-ġnien isirlu pavimentar ġdid,  tħawwil ta’ siġar u arbuxelli u l-eliminazzjoni ta’ speċi aljeni li maż-żmien kibru fil-ġnien.  Il-proġett se jara wkoll li ssir zona fejn it-tfal ikunu jistgħu jilagħbu u jgawdu l-ġnien flimkien mal-familja tagħhom.

Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli, u Tibdil fil-klima, José Herrera saħaq li dan il-proġett huwa parti mill-ħidma sabiex tingħata iżjed attenzjoni lill-ġonna u ż-żoni ambjentali f’pajjiżna.  Ħidma li qed issir id f’id mal-Kunsilli Lokali.

“Din hija parti mill-proġett, mill-viżjoni tagħna għal dak li qed insejħulu urban greening.  Din is-sena qed nipprovaw nagħmlu enfasi bħala Ambjent Malta illi nipparteċipaw u nidħlu fi sħab mal-Kunsilli Lokali jew ma’ entitajiet oħra governattivi jew mhux governattivi biex inħadru ftit u nattrezzaw aħjar, l-ispots ħodor li għandna din id-darba ġewwa l-bliet u ġewwa l-irħula tagħna.”

Is-Sindku tal-Marsa, Francis Debono saħaq li l-għajnuna tal-Gvern hija fundamentali sabiex isiru proġetti bħal dawn.  Il-kunsill qed jistudja l-possibiltá li l-kmamar li hemm fil-ġnien isiru ċentru għall-anzjani. Dan filwaqt li l-Kunsill se jkun qed jinstalla sistema ta’ sigurtà biex il-ġnien jiġi mħares.

“ Malli jitlesta dan il-proġett se jkun qed jagħmel security cameras biex dak li jkun iħossu żgur secure għax taf inti f’ċertu ġonna jaqgħulek ċertu abbużi allura dawk inti tkun trid tneħħiehom biex dak li jkun tattiraħ iktar biex jiġi fil-postijiet, fil-ġonna miftuħa.”

Iċ-Ċermen ta’ Ambjent Malta, Conrad Borg Manché saħaq li din it-tip ta’ ħidma mal-Kunsilli Lokali u r-reġjuni hija t-triq ‘il quddiem sabiex jintlaħqu l-ġonna fil-lokalitajiet kollha.

Claudio Grech mar kontra parir tad-Direttur tal-kuntratti

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech mar kontra pariri li ngħata mid-Direttur tal-kuntratti dwar kuntratt li nħareġ fi żmien il-Gvern Nazzjonalista għax-xiri tas-sistema tal-informatika tal-Isptar Mater Dei b’valur ta’ madwar tletin miljun ewro.

Dan joħroġ minn sentenza li ngħatat it-Tnejn li għadda mill-Maġistrat Francesco Depasquale f’kawża li lliberat lil Noel Xuereb, ex impjegat tal-MITTS u lil Pierre Mercieca, konsulent tal-konsorzju Malti AME minn akkużi ta’ tixħim.

Xuereb u Mercieca spiċċaw investigati mill-Pulizija fuq suspetti ta’ Claudio Grech fosthom dik li Xuereb bħala rappreżentant tal-Gvern kien inxtara b’fire place wara li beda jgħaddi minn taħt informazzjoni lil Mercieca, rappreżentant tal-kosorzju Malti li ġie ddikjarat bħala l-aqwa offerent.Aqra aktar

Jinżamm arrestat akkużat li stupra lill-eks sieħba tiegħu

Abu Hassann, Sirjan ta’ 56 sena,tressaq il-Qorti akkużat li stupra lill-eks-sieħba tiegħu bosta drabi wara li r-relazzjoni ta’ bejniethom spiċċat. Il-qorti semgħet kif huwa baqa’ jmur id-dar tagħha u kien jinsisti li jkollhom relazzjoni sesswali. Meta kienet tirrifjuta huwa kien isir vjolenti u jistupraha bl-aħħar każ simili iseħħ fl-aħħar ġimgħa.Aqra aktar

Send this to a friend