Colin Deguara | One News

Colin Deguara

Notifiki

Xogħol tal-arti jitneħħa temporanjament minn MUŻA sakemm jidra l-klima

Xogħolijiet artistiċi li huma parti mill-kolezzjoni tal-MUŻA tneħħew temporanjament. Dan għax għadhom qed isibuha diffiċli għall-klima li kienu esposti għaliha wara snin twal f’post ieħor.

B’hekk hemm numru ta’ swali li bħalissa huma nofshom imneżża’

Kenneth Cassar, Kuratur tal-Arti u l-Etnografija fi ħdan Heritage Malta spjega kif huma madwar sittin l-opri tal-arti li tneħħew mill-mużew.Aqra aktar

Se tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija f’wieħed mill-eqdem irħula f’Malta

In-noti tal-Ave Maria minn orgni tas-seklu sbatax qed jerġgħu iqimu lil patruna ta’ wieħed mill-iktar rħula antiki f’pajjiżna.  Dan hekk kif ir-raħal żgħir ta’ Ħal Xluq fil-limiti tas-Siġġiewi se jiċċelebra l-festa ta’ Santa Marija nhar il-Ħadd tmintax t’Awissu. Ħal Xluq kien l-ikbar fost l-irħula żgħar li qabel kienu jiffurmaw is-Siġġiewi.  Dan flimkien ma’ Ħal Kbir, Ħal Niklusi u Ħal Kdieri.

L-għaqda ta-Nar San Nikola Siġġiewi ta’ kull sena tieħu ħsieb li torganizza din il-festa li titfa’ dawl fuq il-kappella ta’ Ħal Xluq u l-istorja rikka tagħha.  Brian Borg, membru tal-għaqda, spjegalna kif l-kappella tmur lura għal żmien in-Normanni u kellha wkoll difiża kontra l-furbani li kienu jippruvaw jattakkaw dawn l-irħula żgħar.Aqra aktar

ARA: Il-ħidma li qed isir biex persuni b’diżabilità jgħixu b’mod indipendenti

Kompliet il-ħidma sabiex isiru iżjed residenzi li jintegraw numru ta’ persuni b’diżabilità fis-soċjetà.  Fil-fatt bħalissa għaddej ix-xogħol fuq tlett blokok ta’ appartamenti ġodda bħala parti mill-proġett Soċjetà Ġusta.  One News żar il-bini ta’ residenza għal għajxien indipendenti fil-Qrendi.  Proġett li qiegħed f’idejn l-Aġenzija Sapport u qed isir b’investiment ta’ tmien mija u tletin elf ewro.

Il-binja ġdida se tkun qed tilqa’ fiha disa’ residenti li se jgħixu fi tliet appartamenti differenti.  Il-Project Manager, Christian Borg saħaq kif filwaqt li x-xogħol tal-kostruzzjoni issa jinsab lest issa jmiss li jibda proċess sabiex jitlesta minn kollox.  Dan sabiex fl-aħħar tas-sena 2020 l-appartamenti ikunu lesti għal kollox u jkunu jistgħu jilqgħu fihom disa’ persuni b’diżabilità u jsiru id-dar permanenti tagħhom.  Spjega kif kull appartamenti fil-binja se jkun fih dak kollu li wieħed għandu bżonn sabiex jgħix komdu.

Hu qal: “Kull appartament għandu tlett kmamar tas-sodda flimkien ma’ salott, kċina, u kamra tal-ikel, laundry u pantry room.  Ovvjament din il-binja wkoll tisserviceja l-klijenti u l-istaff b’basement għall-istorage u garaxx.

Rosalie Vella Piscopo, kelliema għall-Aġenzija Sapport saħqet kif permezz ta’ għajnuna minn support workers fl-istess djar, il-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jtejbu l-abbiltajiet tagħhom sabiex jgħixu ħajja indipendenti fil-komunità. Id-djar huma intenzjonati li jakkomodaw numru żgħir ta’ persuni b’diżabilità sabiex ikun hemm aktar inklużjoni fil-komunità u sens ta’ familja fid-dar li jkunu qed jgħixu fiha. B’kollox fid-dar se jkunu qed jaħdmu madwar 22 ħaddiem tal-aġenzija sabiex jgħinu lill-persuni li joqogħdu fl-appartamenti.

“Isir ukoll dak li ngħidulu process ta’ ‘matching‘  fejn persuni b’diżabilita’  jibdew, min-naħa ta’ professjonisti tagħna naraw min jista’ jgħix flimkien.  Iridu jkunu persuni li jaqblu ovvjament  għax din se tkun id-dar tagħhom full-time, kif ukoll dwar in-needs tagħhom.  Dwar il-ħtiġjiet tagħhom.  Biex naraw li ovjament aħna nilħqu l-ħtiġijiet bl-aħjar bżonn possibli tagħhom u skont dak li għandhom bżonn,” stqarret Vella Piscopo.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, Anthony Agius Decelis saħaq kif dan il-proġett juri l-impenn li dan il-Gvern għandu sabiex il-persuni b’diżabilità jkunu integrati bil-fatti u bl-aħjar mod fis-soċjetà.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità qal li “Il-Prim Ministru bħala Kap tal-Oppożizzjoni kien wiegħed li kif inkuu fil-Gvern se nibnu 10 t’idjar fil-komunità sabiex persuni li jkunu jridu jagħmlu independent living, jistgħu jagħmlu dan mingħajr ma joqogħdu jistennew lill-maħbubin tagħhom li ma jkunux jistgħu jibqgħu jieħdu ħsiebhom.  Mhux talli għamilna għaxra, talli għamilna ħdax u għandna tlieta oħra telgħin biex inkomplu nagħtu l-faċilità li persuni b’diżabilità, imorru jagħmlu independent living.”

One Radio jagħlaq 28 sena

One Radio għalaq 28 sena jżomm kumpanija lis-semmiegħa fuq il-frekwenza 92.7.

Dan hekk kif l-ewwel xandira ta’ dan l-istazzjon fuq ir-radju saret fil-11 ta’Awissu, b’kollegamenti mill-festa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.

B’hekk din hija d-data li baqgħet immarkata bħala l-jum li fih twieled l-iktar stazzjon b’saħħtu fil-Gżejjer Maltin. Aqra aktar

Send this to a friend