Clinton Buhagiar – Page 6 – One News

Clinton Buhagiar

Notifiki

Sewwieq Malti f’Santa Pod

Rosello Cassar, sewwieq popolari tad-Drag Racing li din is-sena qiegħed jiċċelebra għoxrin sena ta’ sewqan f’dan l-isport permezz tal-Escort Mk1 tiegħu, jinsab f’Santa Pod fl-Ingilterra fejn bejn is-17 u id-19 ta Mejju ser jkun qiegħed jikkompeti f’avveniment bl-isem ta Doorslammers.Aqra aktar

Tibdil fil-ħinijiet għal-logħob tat-tmiem il-ġimgħa fosthom id-decider tal-Premier

Wara nofsinhar l-MFA ħabbret tibdil fit-tlett partiti li ser jintlagħbu fit-tmiem din il-ġimgħa bl-aktar waħda important bla dubju tkun il-logħba li ser tiddeċiedi minn ser jirbaħ il-Kampjonat u li ser tlaqqa lil Valletta u Hibernians.  Dan il-konfront issa ser jibda fl-16.30 u mhux kif kien avżat qabel.

Anke l-play-offs tal-Ħadd bejn St. Andrews u Santa Lucia kif ukoll Vittoriosa Stars kontra Mġarr United ser jibdew fil-17.00 fil-Hibernians Stadium u fil-Victor Tedesco Stadium rispettivament u mhux kif kien avżat qabel.

Norman Darmanin Demajo mhux ser jikkontesta għall-elezzjoni ta’ President tal-MFA

Il-president attwali tal-Malta Football Association Norman Darmanin Demajo mhuwiex ser jikkontesta l-elezzjoni ta’ president li ser issir f’Lulju li ġej waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni.

Dan ħabbru Darmanin Demajo nnifsu waqt laqgħa tal-kunsill tal-MFA li saret illum wara nofsinhar.  Huwa ilu jokkuppa din il-kariga sa mill-2010 meta kien ħa post l-avukat Joe Mifsud.

Iż-żewg ismijiet li qed jissemmew li jistaw jikkontestaw għall-ħatra ta’ president ġdid huma l-ex viċi president tal-istess assoċjazzjoni Dr Chris Bonnet kif ukoll l-ex segretarju ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo

Up and Go jirbaħ il-finali tat-tazza l-kbira

Hekk kif kien mistenni l-Ħadd waranofsinhar fil-Korsa tal-Marsa kellna l-akbar attendenza tas-sena bl-aktar tiġrija mistennija bla dubju tkun il-BOV Tazza l-Kbira u l-ispettaklu kollu marbut magħha.

Il-favorit Up and Go misjuq minn Rodney Gatt ma falliex fejn irnexxielu jikseb il-5 rebħa tiegħu minn 6 tiġrijiet f’medja ta’ 1’14”5 li huwa r-rekord ġdid għal din il-finali. Dan iż-żiemel huwa propjeta ta’ George u Joseph Attard li ġew ippreżentati bit-trofew mill-Executive PR u Marketing tal-Bank of Valletta Charles Azzopardi flimkien mac-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg.Aqra aktar

Ir-rebħ tal-Kampjonat Premier pospost għall-ġimgħa d-dieħla

Il-Kampjonat Premier 2018 / 2019 mistenni li jiġi deċiż nhar is-sibt li ġej hekk kif Valletta naqsu milli jieħdu l-punti massimi kontra Hamrun Spartans filwaqt li Hibernians rebħu kontra Balzan biex issa kemm Valletta u anke Hibernians għandhom l-istess ammont ta punti u għalhekk ser jkollha tintlagħab logħba deċisiva biex isir magħruf iċ-ċampjin tal-Kamjonat Premier għal dan l-istaġun. Din il-logħba deċisiva ser tintlagħab nhar is-sibt li ġej fl-16.00 fl-istadium nazzjonali f’Ta’Qali.

Aqra aktar

Send this to a friend