Clinton Buhagiar – Page 41 – One News

Clinton Buhagiar

Notifiki

Andrea Pisanu l-favorit li jieħu f’idu t-tim tal-Hibernians

It-Taljan Andrea Pisanu huwa l-favorit li jieħu f’idu t-tmexxija ta’ Hibernians. Sorsi viċin L-Argument sostnew li ż-żewġ partijiet iltaqaw fil-jiem li għaddew u jidher li kważi intlaħaq ftehim biex Pisanu jibda jmexxi lil Hibernians.

Pisanu mhuwiex wiċċ ġdid għall-futbol Malti hekk kif lagħab ma’ Sliema Wanderers u matul l-istaġun li għadda mexxa lil Melita fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni.Aqra aktar

Valletta jakkwistaw lill-attakkant Taljan Mario Fontanella

Valletta Football Club ħabbru l-akkwist tal-attakkant Taljan Mario Fontanella. Fontanella lagħab ma’ Floriana FC għal dawn l-aħħar tlett staġuni.

Il-plejer Taljan kellu offerti minn klabbs mill-Malasja iżda aċċetta l-offerta tac-champions Valletta u ffirma kuntratt mat-tim mill-kapitali għal tliet snin.

Cohen jirbaħ il-plejer tas-sena tal-MFA għar-raba’ darba fil-karriera

Andrew Cohen huwa l-MFA Plejer of the Year għall-istagun 2017 / 2018 hekk kif ilbieraħ fl-edizzjoni tal-MFA Awards ingħata dan l-unur għar-raba’ darba fil-karriera tiegħu.

Cohen ta’ Gżira United kien strumentali sabiex għen lill-maroons jaslu fit-tielet post tal-klassifika u għalhekk jilgħabu fil-UEFA Ewropa League fis-sajf li ġej. Għada l-eks plejer ta’ Hibernians jagħlaq 37 sena.

Intant il-kowċ ta’ Gżira Darren Abdilla rebaħ l-unur tal-kowċ tas-sena filwaqt li Amadou Samb apparti li spiċċa top scorer tal-Kampjonat Premier rebaħ ukoll l-unur tal-aħjar plejer barrani.Aqra aktar

Pani, Romoa, Calistus u Umeh mhux fil-pjannijiet ta’ Valletta FC

ONE Sport jinsab infurmat li t-tim ta’ Valletta mhux ser iġeddu l-kuntratti tal-midfielder Taljan Claudio Pani, id-difensur laterali Romeu Romao u l-midfielder Nigerjan Uchenna Calistus Umeh.  Dawn it-tlett plejers tilfu posthom fit-tieni parti tal-istagun fit-tim immexxi minn Danilo Doncic u għalhekk ma ġewx offruti kuntratti godda.

Minn naha l-ohra l-attakant internazzjonali tal-Estonja Albert Prosa wasal fi ftehim maċ-ċampjins Valletta sabiex jinħall mill-kuntratt li kellu mat-tim wara biss ħames xhur. Prosa ftit li xejn sab spazzju fit-tim ta’ Valletta u għalhekk jidher li ż-żewg partijiet qablu li jinħallu minn kull rabta li kien hemm bejniethom.

Send this to a friend