Clinton Buhagiar | One News - Part 4

Clinton Buhagiar

Notifiki

Jingħata bidu għall-Kampjonat Kraft

Hekk kif nhar it-Tlieta li għaddew ingħata bidu għall-Kampjonat Krafft għall-Klassi Silver b’ħames heats fuq distanza ta’ 2140m, il-Ħadd wara nofsinhar saru ħames heats oħra sabiex saru magħrufa l-40 żiemel li kkwalifikaw għall-kwarti tal-finali li ser isiru l-Ħadd 7 t’April. It-tiġrijiet għal darb’oħra kienu kompetittivi ferm u spikkat il-kwalita taż-żwiemel b’medji li s-soltu narawhom jiġu rreġistrati fi klassijiet ogħla. L-għaxar heats tal-kampjonat Krafft intrebħu minn Ami Toon’s, Emotion Boshoeve, Laddy Laday, Vic For Ever, Wellington, Leap Day Credit u Hallas Judex fejn dawn kollha kienu qed jirreġistraw it-tieni rebħa staġonali kif ukoll Neptunus Face u Capac Boko li ħadu l-ewwel rebħa tas-sena u d-debba Violette du Mas li ħarġet rebbieħa għall-ewwel darba f’Malta.Aqra aktar

Bowling – Iċ-champions OkMalta.com fuq quddiem fl-ewwel diviżjoni tal-MAPFRE MSV Life

Żewġ punti biss jisseparaw iċ-champions OKMalta.com mir-rivali FINA, hekk kif għadu kif spiċċa l-ewwel round, fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal bowling. Iż-żewġ timijiet kellhom rebħa identika ta 6-2 , kif ukoll bl-aħjar scores tal-ġimgha, bit-tim Fina jibbrillaw b 935 fl-aħħar logħba, b’logħba ta 277 min Sue Abela.

Aqra aktar

Valletta huma l-ewwel finalisti tan-Knock Out

Fis-semifinali tan-Knock Out tal-Futsal kellna taqtigħa interessanti bejn Valletta u Birkirkara. Valletta kisbu vantaġġ doppju meta wara għaxar minuti logħob Rafael Medeiros Rodrigues fetaħ l-iskor u Shawn Vella għamilhom 2-0. Birkirkara naqsu l-iskor meta kien fadal biss tlettax-il sekonda minn tmiem l-ewwel taqsima, b’gowl ta’ Faisal Alnakuoo.

Aqra aktar

Jessica Magro Butler tirbaħ l-ewwel ‘Ladies Demolition Derby’

Nhar il-Ħadd li għadda 10 ta’ Marzu 2019 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat b’suċċess is-sitt attivita Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2018/2019. Għal din l-attivita ħadu sehem il-Karozzi Autocross fejn irreġistraw 22 kompetitur maqsuma fit-tliet klassijiet, dik Autocross Modified, Autocross Standard u Autocross Diesel. Fl-aħħar tal-program ġiet organizzata għal l-ewwel darba ‘Ladies Demolition Derby’ li għalija ipparteċipaw 10 nisa. Il-Ħadd fil-għodu ġiet organizzat ukoll il-ħames attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Trials li saret fil-barriera tas-Sagħtar limiti tan-Naxxar.Aqra aktar

Żwiemel- Jerġa’ jinkisser ir-rekord nazzjonali

Fi tmiem il-ġimgħa saru total ta’ 23 tiġrija tat-trott fejn bla dubju l-aktar mistennija kienu ż-żewġ finali mill-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassijiet Gold u Bronze. Fi żmien ġimgħa r-rekord nazzjonali fuq distanza ta’ 2140m reġa nkiser hekk kif Quite A Feeling misjuq miż-żagħżugħ Dolan Casha rnexxielu jirbaħ il-finali tal-Klassi Gold mill-Kampjonat Assikura f’medja ta’ 1’13”2. Il-finali tal-Klassi Bronze ukoll kellha tmiem eċitanti fejn Duc d’Haufor misjuq minn Redent Magro ħareġ rebbieħ sabiex dan iż-żiemel ħa t-tielet rebħa konsekuttiva tiegħu biex iddomina fit-tliet fażijiet ta’ dan il-kampjonat.Aqra aktar

Żewġ rebħiet għal Luxol u Valletta jibqgħu jirbħu

Matul il-ġimgħa li għaddiet kompla l-kampjonat tal-futsal lokali b’żewġ rebħiet għal Luxol kontra Birkirkara u Swieqi United.

Fl-ewwel logħba t-tim minn St. Andrews għeleb lil Birkirkara bl-iskor ta’ 4-3. Kif jixhed ir-riżultat kienet logħba ferm bilanċjata u Birkirkara kellhom l-aħjar prestazzjoni f’dan l-istaġun.

Fil-logħba l-oħra Luxol ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 10-1. Għal Luxol kellna doppjetti ta’ Shataizan Zarb, George Frendo, Maicon Silva Gaiewski u Mark Zammit, flimkien mal-gowls ta’ Leanderson Coriolando Sant’Anna u Andy Mangion. L-uniku gowl ta’ Swieqi United ġie skurjat minn Maximilano Navarro.

Minkejja t-telfa li kisbu kontra Luxol, jumejn qabel Swieqi United kienu kisbu rebħa deċiżiva ta’ 3-1 fuq Tarxien Rainbows.

Il-Ġimgħa filgħaxija kellna tliet logħbiet oħra, fejn it-tim tal-Università ta’ Malta kiseb rebħa sodisfaċenti ta’ 6-5 fuq Tarxien Rainbows. Valletta min-naħa tagħhom żiedu rebħa oħra meta għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 5-2.

Intant f’logħba waħda li kellna mill-Ewwel Diviżjoni, konfront ferm interessanti bejn Pietà Hotspurs u Luxol U19, li ra liż-żgħażagħ minn St. Andrews jiksbu d-dro ta’ 5-5 fl-aħħar ħmistax-il sekonda.

Send this to a friend