Clinton Buhagiar | One News - Part 38

Clinton Buhagiar

Notifiki

Christian Mercieca jirbaħ l-unur ta’ Plejer tas-Sena tal-GFA

L-attakant ta’ għoxrin sena ta’ Victoria Hotspurs rebaħ l-unur tal-plejer tas sena tal Gozo Football Association biex temm staġun mill-aqwa fejn mhux biss kien protagonist fir-rebħ tal-kampjonat u l-kompetizzjoni Knock Out mat-tim tiegħu, iżda rebaħ l-unur tal-aħjar plejer tal-futbol Għawdxi fl-MFA Awards u riċentament kien imsejjaħ fl-iskwadra tat-tim Nazzjonali ta’ taħt il-21 sena.

Dan l-unur prestiġġjuż fil-futbol Għawdxi tħabbar waqt serata anwali tal-GFA Awards li matulha l-Gozo Football Association tagħlaq l-istaġun billi tqassam l-unuri individwali. Għal din s-serata kienu preżenti ukoll l-għola uffiċjali tal-Malta Football Association immexija mill-President is-Sur Norman Darmanin Demajo, u twassal messaġġ mis-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni, Żagħżagħ u Sport Dr Clifton Grima.Aqra aktar

Kurt Magro u Mosta jinfirdu

Permezz tal-paġna tiegħu fuq facebook il-midfielder u captain għal dawn l-aħħar sentejn ta’ Mosta FC Kurt Magro, ħabbar li mhux ser jkompli jilgħab għal Mosta wara xejn anqas minn tmien staguni.

Magro kien plejer importanti ħafna fit-tim ta’ Mosta, li sal-istagun li għadda kien immexxi minn Johann Scicluna.

L-ex plejer ta’ Valletta FC u Qormi FC kien wieħed mill-plejers li ħadmu biex it-tim żamm postu fl-għola diviżjoni tal-futbol Malti.

Send this to a friend