Clinton Buhagiar | One News - Part 3

Clinton Buhagiar

Notifiki

Illejla l-finali tal-UEFA Champions League

Illejla jinżel is-separju fuq il-futbol Ewropew bil-finali tal-akbar kompetizzjoni Ewropeja l-UEFA Champions League, loghab li ser tlaqqa’ liż-żewġ timijiet Ingliżi ta’ Tottenham u Liverpool, logħba li ser tintlagħab f’Estadio Metropolitano f’Madrid f’Spanja.

Aqra aktar

GSSE: Aktar midalji għal Malta

Hekk kif ilbieraħ komplew il-kompetizzjonijiet, Malta kompliet tirbaħ aktar midalji bl-aktar waħda li tispikka tkun id-deheb mirbuħa mit-tiratriċi Eleanor Bezzina.  Bezzina rebħet il-kompetizzjoni tal-10 metru Air Pistol fid-dwell kontra iż-żewġ montenegrini Pantovic u Saranovic.    Aqra aktar

GSSE – Riżultati nkoraġġanti mill-Maltin fil-Montenegro

Hekk kif illum tibda t-tielet ġurnata tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li qed isiru fil-Montenegro, l-atleti Maltin s’issa irnexxilhom jiksbu xejn anqas minn 14-il midalja fosthom tnejn deheb fl-atletika permezz ta’ Jordan Gusman u Lisa Marie Bezzina, it-tnejn fil-5000 metru.

L-Għawm hija l-aktar dixxiplina li s’issa t-tim Malti kiseb midalji fiha, b’kollox disgħa; erbgħa fidda u ħamsa bronż.  Harry Stacey rebħet fidda fil-100 metru freestyle filwaqt it-tim ta’ relay rebaħ fidda fil-4 x 100 metru u fil-4 x 200 metru.  Alexandra Mcgonigle rebħet fidda fil-50 metru Breast Stroke.  Fidda ukoll waslet fil-Judo permezz ta’ Jeremy Saywell fil-kategorija ta’ taħt is-66 kilograma.Aqra aktar

It-tim ta’ Mr. Whippy f’Santa Pod

It-tim popolari ta Mr. Whippy jinsab f’Santa Pod permezz taż-żewġ sewwieqa tiegħu, Matthew Carabott u Monty Bugeja. It-tim vjaġġa lejn l-Ingilterra immedjatament wara it-tieni round ta l-Enemed Drag Racing Championship li sar bejn il-Ġimgħa 3 u il-Ħadd 5 ta Mejju fit-trakka tal Malta Drag Racing Association, f’Ħal Far.Aqra aktar

Kampjonat Dinji Sewwieqa Professjonali bis-Serkin – Malta rrappreżentata minn Rodney Gatt

Bejn l-24 u l-31 ta’ Mejju fl-Isvezja ser ikun qed isir il-Kampjonat Dinji għal sewwieqa professjonali bis-serkin fejn Malta ser tkun irrappreżentata minn Rodney Gatt li s-sena l-oħra irnexxielu jkun l-ewwel sewwieq Malti li jikkwalifika għal din il-kompetizzjoni prestiġjuża hekk kif spiċċa fis-6 post tal-Kampjonat Ewropew għas-sewwieqa professjonali.Aqra aktar

Ferdinando Apap l-plejer tas-sena tal-GFA

Il-Gozo Football Association temmet uffiċċjalment l-istaġun tal-futbol 2018/2019 bl-avveniment annwali tal-GFA Awards 2018/2019, fejn l-assoċjazzjoni ħabbret u ppreżentat l-unuri individwali f’diversi kategoriji ta’ kompetizjonijiet tal-futbol Għawdxi.  L-unuri ewlenin kienu deċiżi wara proċess ta’ votazzjoni bis-sehem tal-ġurnalisti u l-presidenti u kaptins ta’ kull klub.Aqra aktar

Send this to a friend