Clinton Buhagiar | One News - Part 18

Clinton Buhagiar

Notifiki

Valletta FC Futsal jgħaddu għall-fażi li jmiss fil-UEFA Futsal Champions League

Għat-tieni sena konsekuttiva, il-bandiera Maltija se tibqa tidher fil-Main Round tal-UEFA Futsal Champions League u din id-darba bis-saħħa ta’ Valletta FC Futsal. Il-Beltin wara li rebħu l-ewwel żewġ logħbiet tar-rawnd preliminari, rebħu wkoll l-aħħar u l-iktar logħba deċiżiva kontra t-tim ospitant ta’ Veles tal-Maċedonja.

Veles irnexxielhom jiftħu l-iskor wara tmien minuti u nofs logħob permezz ta’ Igor Stojkovski. Madanakollu l-Beltin immedjatament dawru l-iskor, b’doppjetta fis-sittax u fis-sbatax-il minuta, permezz tal-Kolumbjan Camilo Gomez. B’hekk il-Beltin daħlu għall-mistrieħ 2-1 minn fuq.

Aqra aktar

Noel Baldacchino it-tieni fis-Serbja

Ilbieraħ wara nofsinhar is-sewwieq taż-żwiemel Noel Baldacchino kienu qed jieħu sehem fit-tielet tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran li sar fil-Korsa ta’ Pozirevac is-Serbja.  Huwa rnexxielu jispiċċa fit-tieni post bid-debba Belle Marguerite wara t-Taljan Francesco La Rosa.

Dan ifisser li wara tliet tappi issa jkunu l-Italja li jitilaw fl-ewwel post nofs punt biss aktar minn Malta u għalhekk jidher li kollox ser jiddependi mill-aħħar tappa li ser issir fil-korsa ta’ Siracusa nhar id-9 ta’ Diċembru.

Poloz Champions League: Tispikka l-logħba bejn Juventus u Man. Utd

Hekk kif ilbieraħ filgħaxija telgħu l-poloz tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, dalgħodu ħafna Maltin fuq il-postijiet tax-xogħol, pjazez u forsi f’xi kafeterija jew bar qamu jiddiskutu l-aktar konfronti li spikkaw.

Ħafna tkellmu dwar Grupp H għaliex fih hemm fost l-oħrajn Juventus u Manchester United. Minn qam jitkellem dwar il-grupp diffiċli li għandhom Liverpool, Grupp C,  li mar-reds hemm PSG u Napoli u minn tkellem dwar l-isfida iebsa li teżisti fi Grupp B għaliex fih iridu jilagħbu kontra xulxin Barcelona, Tottenham, PSV u Inter.

L-inkeja ma naqsitx u kull minn għandu għal qalbu xi tim partikolari, żgur li prova jiġbed saqajn il-kollega tiegħu jew dak li miegħu kien qed jieħu kafè.

Il-gruppi huma dawk:-

Grupp A – Atletico Madrid, Borussia Dortmund, Monaco, Club Bruge
Grupp B – Barcelona, Tottenham Hotspur, PSV Eindhoven, Inter
Grupp C – Paris St Germain, Napoli, Liverpool, Red Star Belgrade
Grupp D – Lokomotiv Moscow, Porto, Schalke, Galatasaray
Grupp E – Bayern Munich, Benfica, Ajax, AEK Athens
Grupp F – Manchester City, Shaktar Donetsk, Lyon, Hoffenheim
Grupp G – Real Madrid, Roma, CSKA Moscow, Viktoria Plzen
Grupp H – Juventus, Manchester United, Valencia, Young Boys

L-ewwel logħbiet jibdew fit-18 u d-19 ta’ Settembru.

Valletta FC Futsal jieħdu l-ewwel rebħa

Bidu tajjeb għaċ-ċampjins Maltin Valletta FC Futsal fl-ewwel logħba minn Grupp E tar-rawnd preliminari tal-UEFA Futsal Champions League. Il-Beltin ħadu l-ewwel tliet punti meta għelbu liċ-ċampinjs Estonjani ta’ Cosmos bl-iskor ta’ 4-2.

Wara biss tliet minuti l-plejer internazzjonali mill-Ġorġja Murtaz Kakabadze skurja l-ewwel gowl Belti. Fit-12-il minuta l-Ġorġjan l-ieħor Gia Nikvashvili qassam lejn il-Kolumbjan Camilo Gomez u dan tal-aħħar għamilhom 2-0. Għaldaqstant Cosmos naqsu l-marġni tal-iskor, meta żewġ u minuti u nofs qabel tmiem l-ewwel taqsima, Stepan Tsemoussov ikkonkluda fix-xibka.Aqra aktar

Send this to a friend