Clinton Buhagiar | One News - Part 14

Clinton Buhagiar

Notifiki

Marc Batta jmexxi seminar għal uffiċjali elite

Fil-waqfa mill-kampjonati domestiċi għall-partiti tat-tim nazzjonali, iċ-Ċentru tar-Refereeing tal-Malta Football Association stieden f’Malta il-Viċi-Chairman tal-UEFA Referees’ Committee u Refereeing Officer tal-UEFA, Marc Batta, biex imexxi s-seminar ta’ jumejn immirat lejn uffiċjali u referee observers tal-kategorija elite.

Konformi mal-istrateġija tal-UEFA biex il-football jitwassal ukoll f’reġjuni ‘l barra miċ-ċentru, l-ewwel jum tas-seminar kien fil-Gozo Stadium fejn saret sessjoni prattika, intwerew azzjonijiet minn logħbiet, u l-parteċipanti osservaw partita mill-Ewwel Diviżjoni tal-GFA (li kellha tiġi abbandunata ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima kawża tal-maltemp qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin).Aqra aktar

Nhar il-Ħadd jiftaħ l-istaġun Honda Motocross 2018/19

L-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi nhar il-Ħadd 21 ta’ Ottubru ser tiftaħ l-istaġun tal-attivitajiet bil-karozzi u l-muturi 2018/2019. Matul dan l-istaġun ser naraw diversi attivitajiet mis-Sezzjonijiet Autocross, Demolition, Enduro, Motocross u Trials li b’kollox hemm ippjanat 39 attivita għal matul dawn id-disa’ xhur li ġejjin.Aqra aktar

Tasal l-ewwel rebħa għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena

Fis-Centenary Stadium tard ilbieraħ waranofsinhar it-tim nazzjonali Malti kiseb l-ewwel rebħa tiegħu fi Grupp 6 tal-Kampjonati Ewropej meta għeleb lill-Ungerija 2 – 1.

It-tim immexxi minn Silvio Vella marru fil-vantaġġ fit-12-il minuta meta minn azzjoni ta’ free-kick ta’ Jurgen Degabrielle, Matthew Guillaumier bir-ras xehhet fix-xibka għal 1 – 0.Aqra aktar

It-tim Malti jitlef kontra l-Kosovo

Il-Ġimgħa t-tim Nazzjonali Malti lagħab it-tielet logħba tiegħu fi Grupp D3 tal-UEFA Nations League, logħba diffiċli mill-bidu sal-aħħar għal Malta għajr għal ftit mumenti żgħar, logħba li t-tim Malti tilef 3 – 1.Aqra aktar

Karting – Riżultati inkoraġġanti minn żewġ sewwieqa Maltin fl-Italja

Nhar il-Ħadd li ġej, fiċ-ċirkwit ta’ Val Vibrata, in-naħa ta fuq ta l-Italja, se jsiru il-finali Nazzjonali tar-Rotax Max Challenge. Żewġ sewwieqa Maltin, membri tal-Karting Club Malta, Nick Gauci u Jake Agius kienu eliġibli wara li Gauci u Agius ġew l-ewwel u t-tieni rispettivament fil-kampjonat Sqalli. Finali li kienet miftuha għal 18 il-kompetitur iżda inkitbu biss 11.Aqra aktar

Send this to a friend