Clinton Buhagiar | One News - Part 13

Clinton Buhagiar

Notifiki

Id-debba Navaj Brodda tirbaħ il-finali għall-Klassi Gold Tazza Johnnie Walker

L-aktar tiġrija importanti u mistennija fil-programm tal-Ħadd kienet il-finali għall-Klassi Gold Tazza Johnnie Walker. 12 il-żiemel ikkompetew fuq distanza ta’ 2140m wara li kienu kkwalifikaw mill-heats u s-semi finali. Bħala riżultat ma nistawx ngħidu li kien sorpriża hekk kif iż-żewġt iżwiemel li ddominaw u rebħu kemm il-heats kif ukoll is-semi finali spiċċaw l-ewwel u t-tieni. Filfatt kienet id-debba Navaj Brodda misjuqa minn Charles Camilleri li rebħet komdu b’diversi tulijiet sabiex irreġistrat is-sitt rebħa konsekuttiva tagħha. Frans Azzopardi sid din id-debba rċieva it-tazza prestiġjuża Johnnie Walker li kienet ippreżentata mill-Marketing Manager ta’ M.Demajo Wines & Spirits Ltd is-Sur Alfred Braddick.Aqra aktar

Futsal: Luxol u Swieqi United jibqgħu b’punti massimi

Luxol u Swieqi United jibqgħu b’punti massimi wara erba’ logħbiet, b’tal-aħħar jegħlbu lit-tim tal-Istudenti tal-Università ta’ Malta bl-iskor ta’ 4-2.

It-tim tal-Universitarji mmexxi mill-kowċ Clayton Felice, qed jorganizza ruħu wara diversi tibdiliet li kellu mill-istaġun li għadda. Għaldaqstant Swieqi United immexxija mill-plejer kowc Boycho Marev qed jikkonfermaw posthom mal-aqwa tlieta.

Kienu l-Universitarji li fetħu l-iskor wara seba’ minuti logħob, permezz tal-captain Neil Cauchi. Iżda fl-aħħar żewġ minuti tal-ewwel taqsima Swieqi United dawru r-riżultat u sabu x-xibka permezz ta’ Boycho Marev u Andre Ciancio.Aqra aktar

L-istaġun Autocross jiftaħ nhar il-Ħadd

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Novembru l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tiftaħ l-istaġun tal-Karozzi bl-ewwel attività Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali Pasta Poiatti 2018/2019. L-attivtajiet kollha bil-Karozzi isiru fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali bl-ewwel tiġrija tibda 12.00pm.

Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparament biex il-korsa tal-karozzi tkun lesta mill-manutenzjoni li l-korsa jkollha bzonn ta’ kull sena.

Intant il-Ħadd li għadda infetaħ l-istaġun tal-Muturi mill-Kampjonat Nazzjonali Trials 2018/2019. L-ewwel attivita Trials saret fil-Barriera tal-Fawwara. Aqra aktar

‘I won’t Dance’ jirbaħ l-aktar tiġrija importanti tal-bieraħ

Il-Ħadd waranofsinhar fil-korsa tal-Marsa sar programm ta’ tiġrijiet bl-aktar tiġrija mportanti tkun il-Condition Race għall-Klassi Premier.  Din intrebħet miż-żiemel pjuttost ġdid I won’t Dance misjuq minn Clint Vassallo. Wara t-tiġrija ic-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg ippreżenta tifkira ta’ l-okkażjoni lis-sid Dunstan Bugeja.

Charles Camilleri irnexxielu jirbaħ tliet tiġrijiet – Uveo de Maza fi Klassi Gold ħa it-tielet rebħa tas-sena, fi Klassi Silver id-debba Trytocatchme ħadet it-tieni rebħa tagħha f’dan  l-istaġun u Concerto Cehere ħa r-raba’ rebħa tiegħu fi klassi Bronze.
Aqra aktar

Atleti Maltin b’suċċess fi Franza

Suċċess għall-atleti Maltin Keith Azzopardi u Celeste Galea minn Team Noel, li fi tmiem il-ġimgħa ġġieldu f’Pariġi waqt l-avveniment Fighters Level Up.

Azzopardi, li huwa atleta professjonali u Champion Ewropew, irrappreżenta lil Malta diversi drabi fi ġlidiet barra minn xtutna. Ma’ Franza, Azzopardi għandu relazzjoni speċjali, għaliex kien proprju hawn li s-sena li għaddiet ġie ddikjarat Champion Ewropew tal-WKN. Nhar is-Sibt li għadda Azzopardi ffaċċja atleta Franċiż ta’ livell għoli, u għadda biex rebaħ bout ta’ K1 3×3.Aqra aktar

Bidu eċċellenti għal bowler Malti fil-Kampjonati Ewropej

Bidu eċċellenti għaċ-champion Malti Mauro Anastasi fil Kampjonati Ewropej tas-Singles li qed isiru f’Langden il-Ġermanja. Anastasi spiċċa l-ewwel rawnd fl-ewwel post b’medja għolja ta’ 233. B’hekk fetaħ b’vantaġġ ta’ 21 punt fuq l-eqreb avversarju, li huwa ċ-champion renjanti tal-Germanja Bodo Konieczny.

Għada jitkompla it-tieni round, bil-logħob jibda fid-9:00am.

Il-kampjonati Ewropej tas-singles jintlagħbu darba fis-sena u kull nazzjon Ewropew jibgħat liċ-champion lokali.

Send this to a friend