Clinton Buhagiar – Page 10 – One News

Clinton Buhagiar

Notifiki

Valletta huma l-ewwel finalisti tan-Knock Out

Fis-semifinali tan-Knock Out tal-Futsal kellna taqtigħa interessanti bejn Valletta u Birkirkara. Valletta kisbu vantaġġ doppju meta wara għaxar minuti logħob Rafael Medeiros Rodrigues fetaħ l-iskor u Shawn Vella għamilhom 2-0. Birkirkara naqsu l-iskor meta kien fadal biss tlettax-il sekonda minn tmiem l-ewwel taqsima, b’gowl ta’ Faisal Alnakuoo.

Aqra aktar

Jessica Magro Butler tirbaħ l-ewwel ‘Ladies Demolition Derby’

Nhar il-Ħadd li għadda 10 ta’ Marzu 2019 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat b’suċċess is-sitt attivita Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2018/2019. Għal din l-attivita ħadu sehem il-Karozzi Autocross fejn irreġistraw 22 kompetitur maqsuma fit-tliet klassijiet, dik Autocross Modified, Autocross Standard u Autocross Diesel. Fl-aħħar tal-program ġiet organizzata għal l-ewwel darba ‘Ladies Demolition Derby’ li għalija ipparteċipaw 10 nisa. Il-Ħadd fil-għodu ġiet organizzat ukoll il-ħames attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Trials li saret fil-barriera tas-Sagħtar limiti tan-Naxxar.Aqra aktar

Żwiemel- Jerġa’ jinkisser ir-rekord nazzjonali

Fi tmiem il-ġimgħa saru total ta’ 23 tiġrija tat-trott fejn bla dubju l-aktar mistennija kienu ż-żewġ finali mill-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassijiet Gold u Bronze. Fi żmien ġimgħa r-rekord nazzjonali fuq distanza ta’ 2140m reġa nkiser hekk kif Quite A Feeling misjuq miż-żagħżugħ Dolan Casha rnexxielu jirbaħ il-finali tal-Klassi Gold mill-Kampjonat Assikura f’medja ta’ 1’13”2. Il-finali tal-Klassi Bronze ukoll kellha tmiem eċitanti fejn Duc d’Haufor misjuq minn Redent Magro ħareġ rebbieħ sabiex dan iż-żiemel ħa t-tielet rebħa konsekuttiva tiegħu biex iddomina fit-tliet fażijiet ta’ dan il-kampjonat.Aqra aktar

Żewġ rebħiet għal Luxol u Valletta jibqgħu jirbħu

Matul il-ġimgħa li għaddiet kompla l-kampjonat tal-futsal lokali b’żewġ rebħiet għal Luxol kontra Birkirkara u Swieqi United.

Fl-ewwel logħba t-tim minn St. Andrews għeleb lil Birkirkara bl-iskor ta’ 4-3. Kif jixhed ir-riżultat kienet logħba ferm bilanċjata u Birkirkara kellhom l-aħjar prestazzjoni f’dan l-istaġun.

Fil-logħba l-oħra Luxol ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 10-1. Għal Luxol kellna doppjetti ta’ Shataizan Zarb, George Frendo, Maicon Silva Gaiewski u Mark Zammit, flimkien mal-gowls ta’ Leanderson Coriolando Sant’Anna u Andy Mangion. L-uniku gowl ta’ Swieqi United ġie skurjat minn Maximilano Navarro.

Minkejja t-telfa li kisbu kontra Luxol, jumejn qabel Swieqi United kienu kisbu rebħa deċiżiva ta’ 3-1 fuq Tarxien Rainbows.

Il-Ġimgħa filgħaxija kellna tliet logħbiet oħra, fejn it-tim tal-Università ta’ Malta kiseb rebħa sodisfaċenti ta’ 6-5 fuq Tarxien Rainbows. Valletta min-naħa tagħhom żiedu rebħa oħra meta għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 5-2.

Intant f’logħba waħda li kellna mill-Ewwel Diviżjoni, konfront ferm interessanti bejn Pietà Hotspurs u Luxol U19, li ra liż-żgħażagħ minn St. Andrews jiksbu d-dro ta’ 5-5 fl-aħħar ħmistax-il sekonda.

Futsal: Pietà, Luxol, Valletta u Birkirkara għamluha għas-semifinali

Mill-Kwart tal-Finali tal-kompetizzjoni Knock Out, Pietà Hotspurs, Luxol, Valletta u Birkirkara qatgħu l-passaġġ għas-semifinali.

L-iktar waħda faċli kienet għal Valletta li rebħu bl-iskor ta’ 17-0 kontra t-tim ta’ taħt id-dsatax-il sena ta’ Luxol. Xalata ta’ gowls b’tripletti għal Gia Nikvashvili u Rafael Rodriguez, doppjetti għal Denis Di Maio, Andre Ciancio, Dylan Musu u Clint Farrugia, flimkien mal-gowls ta’ Melvin Borg, Shawn Vella u Camilo Andrez Vanegas Gomes.Aqra aktar

Ut de Dompierre jirbaħ il-finali tal-150 anniversarju mit-twaqqif tal-MRC

Il-Ħadd wara nofsinhar sar programm ta’ 12 il-tiġrija liema tiġrijiet kienu posposti mill-ġimgħa ta’ qabel minħabba l-maltemp.  L-aktar tiġrija mistennija kienet il-finali sabiex jiġi ċċelebrat il-150 anniversarju mit-twaqqif tal-Malta Racing Club. Kienu 9 iż-żwiemel li finalment iddisputew din il-finali fejn fiha ħareġ rebbieħ Ut de Dompierre misjuq minn Michael Ellul. Din kienet is-7 rebħa tiegħu f’Malta minn 12 il-tiġrija hekk kif is-sena l-oħra kien rebaħ ukoll żewġ finali l-Prix de Vincennes u l-Kampjonat tas-Sajf. 

Fil-finali tal-Ħadd irnexxielu wkoll jikser ir-rekord lokali fuq distanza ta’ 2140m hekk kif irreġistra medja ta’ 1’13”3. Wara li spiċċat it-tiġrija saret il-preżentazzjoni tat-trofej mis-Sinjura Denise Bonello f’isem l-isponsors tat-tiġrija Nespresso.Aqra aktar

Send this to a friend