Clinton Buhagiar – One News

Clinton Buhagiar

Notifiki

Mark Spiteri jikteb kapitlu ieħor fl-istorja tat-‘Tenpin Bowling’ fil-kampjonati mondjali ġewwa Las Vegas

Wara li rebaħ l-ewwel midalja għall-Malta fil-Kampjonati Mondjali, Mark Spiteri kiteb kapitlu ieħor fl-istorja tat-Tenpin Bowling meta rnexxielu jikkwalifika għall-Masters. Dan wara li bir-riżultat tiegħu ta’ medja 211.67, spiċċa fit-12-il post fl-All Events. B’hekk huwa seta’ jilgħab fil-Masters, fejn l-aqwa 24 atleta mondjali kkompetew fi stadju knockout, fl-aqwa minn 3 logħbiet.

Aqra aktar

Kampjonat tal-Mediterran – ir-4 tappa

Ir-4 tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran saret fil-korsa ta’ Cagnes-sur-Mer fi Franza il-Ġimgħa filgħaxija fejn ir-rappreżentant Malti kien Charles Camilleri. Sfortunatament għalina r-riżultat ma kienx dak mixtieq fejn Camilleri kellu jikkuntenta bl-aħħar post mill-ħames sewwieqa parteċipanti.

Aqra aktar

Ir-4 Tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran

Wara s-suċċessi miksuba minn Noel Baldacchino, Clint Vassallo u Paul Galea fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonat tal-Mediterran, issa jmiss lil Charles Camilleri li jieħu sehem fir-raba’ tappa li se ssir fil-korsa ta’ Cagnes-sur-Mer Franza nhar il-Ġimgħa filgħaxija. F’din it-tappa ser jieħdu sehem Franza, l-Italja, ir-Rumanija, s-Serbja, r-Russja u Malta pero fit-tiġrija ser ikun hemm ukoll ġerrejja oħra li m’għandomx x’jaqsmu mal-kampjonat. Camilleri se jsuq id-debba bin-numru 11 Anna du Perre u t-tiġrija li hija fuq distanza ta’ 2700m tibda fit-8:30 pm. Aqra aktar

Il-Ħadd li ġej jintemm il-kampjonat tas-sajf tat-tiġrijiet taż-żwiemel

Il-Ħadd li ġej jiġi fi tmiemu l-Kampjonat tas-Sajf u għalhekk jagħlaq l-ewwel parti ta’ l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Seba’ finali li għat-tieni sena konsekuttiva l-premjijiet tagħhom qed ikunu sponsorjati mill-Marsa Race Track Limited (MRTL), il-konsorzju approvat mill-Parlament Malti sabiex jieħu f’idejh l-iżviluppar u mmaniġjar tal-korsa b’ċens għal 65 sena b’investiment ta’ 28 miljun ewro. Aqra aktar

Send this to a friend